STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU ’Il fuq minn 30,000 spettatur jattendu Isle of MTV Malta 2023
30,000 spettatur attendew Isle of MTV Malta 2023 tal-bieraħ filgħaxija fuq il-Fosos tal-Furjana.
Dan l-avveniment involva spettaklu minn artisti internazzjonali bħal One Republic, Alesso, Tom Grennan, Mimi Webb u Delta Goodrem.
Matul din is-serata, numru ta' artisti lokali kellhom l-opportunità li jagħtu spettaklu lill-eluf ta' nies li rħewlha għall-Fosos tal-Furjana.
Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo rringrazzja lil kull min kien involut biex l-edizzjoni ta' din is-sena tkun waħda ta' suċċess.
“Ser nibqgħu impenjati li nkomplu noffru iżjed attrazzjonijiet kulturali u mużikali biex mill-prodott turistiku Malti jgawdu nies minn kull sfera tal-ħajja. Huwa b'dan il-mod li nistgħu nkomplu mexjin għal turiżmu li jkun ibbażat fuq il-prinċipji tas-sostenibbiltà," saħaq il-Ministru Clayton Bartolo.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en