AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara nformazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmijin prodotti m'għandhomx jiġu kkunsmati minħabba li nstab li fihom livelli eċċessivi ta' Tropane alkaloids (Atropine u Scopolamine).
Tropane alkaloids huma grupp ta' komposti kimiċi li huma responsabbli għall-effetti tossiċi naturali ta' ċertu pjanti. Il-konsum ta' dawn il-kimiċi f'ammont eċċessiv jista jkun tossiku għall-bniedem u l-annimali.
| Isem tal-prodott fuq it-tikketta: | Miglio Bruno Integrale Italiano | Miglio Bruno Integrale Bio | |
| Ditta: | naturaSi` | Fior di loto | |
| Dati tad-durabbilita`/lottijiet: | Kollha | Kollha | |
| Użin: | 375g | 400g | |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq admin.ehd@gov.mt . Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en