Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Titjib tas-servizzi pubbliċi fil-qalba tal-lokalitajiet

pr231131
Date Icon 18/07/2023

Ħames Kunsilli Lokali fi ħdan ir-Reġjun tan-Nofsinhar ġew iffinanzjati €350,000 bejniethom sabiex jintroduċu fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom latrini pubbliċi b'sistemi ta' tindif awtomatiċi, bl-użu tal-aħħar teknoloġija disponibbli. Dan wara li s-sena li għaddiet id-Diviżjoni tal-Gvern Lokali ħarġu espressjoni ta' interess għall-Kunsilli Reġjonali sabiex jibbenefikaw minn skema għall-iżvilupp u titjib ta' latrini pubbliċi awtomatiċi f'lokalitajiet madwar Malta u Għawdex, b'investiment ta' aktar minn żewġ miljun ewro.

Il-ħames Kunsilli Lokali li bbenefikaw minn dawn il-fondi huma Santa Luċija, Marsaxlokk, Ħal Qormi, il-Gudja u Santa Venera.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli spjegat li din l-iskema ta' finanzjament għal aktar latrini pubbliċi awtomatiċi fil-qalba tal-lokalitajiet hija miżura elettorali oħra mwettqa. “Dan il-Gvern kommess li jibqa' jforni lill-Kunsilli Lokali bl-għodda kollha neċessarja sabiex ikunu f'pożizzjoni li jagħqdu l-bżonnijiet tal-lokalitajiet u r-residenti rispettivi tagħhom, filwaqt li nkomplu ngħollu l-kwalità tal-ħajja f'pajjiżna," saħqet is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

Is-Segretarju Parlamentari qalet ukoll li din l-iskema finanzjarja hija biss waħda minn ħafna skemi finanzjarji oħrajn li l-Gvern qiegħed jagħti lill-Kunsilli Lokali sabiex itejbu u jwasslu s-servizzi pubbliċi fil-qalba tal-lokalitajiet u eqreb taċ-ċittadini. 

Min-naħa tagħha, id-Direttur għall-Implimentazzjoni tal-Istrateġija u l-Politika fi ħdan id-Diviżjoni tal-Gvern Lokali, Marisa Pisani, qalet li dan il-finanzjament ser jikkontribwixxi għal titjib fis-servizzi pubbliċi għar-residenti f'lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.

Il-latrini pubbliċi għandhom funzjoni importanti fil-lokalitajiet kemm għar-residenti u viżitaturi, kif ukoll għan-negozji li jinsabu fihom. Għaldaqstant, permezz ta' din l-iskema, dawn il-lokalitajiet ser itejbu l-benesseri tar-residenti rispettivi tagħhom.

Il-President tal-Kunsill Reġjonali tan-Nofsinhar, Jesmond Aquilina, qal li permezz ta' dan il-finanzjament dawn il-ħames Kunsilli Lokali se jkunu qed jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni u latrini awtomatiċi ġodda bil-għan li joffru servizz aħjar lil min jagħmel użu minn dawn il-faċilitajiet.

Preżenti għall-għoti ta' finanzjamenti kien hemm is-Sindki u s-Segretarji Eżekuttivi rispettivi tal-ħames Kunsilli Lokali li bbenefikaw mill-fondi.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Titjib tas-servizzi pubbliċi fil-qalba tal-lokalitajiet
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Titjib tas-servizzi pubbliċi fil-qalba tal-lokalitajiet
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Titjib tas-servizzi pubbliċi fil-qalba tal-lokalitajiet
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow