Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tiftaħ il-bibien edizzjoni oħra tal-fiera ‘I Choose - Nagħżel il-Karriera Tiegħi’

pr231127
Date Icon 17/07/2023

Nhar il-Ġimgħa 21 ta' Lulju jingħata bidu għall-avveniment, 'I Choose - Nagħżel il-Karriera Tiegħi', fiera tal-karrieri li ssir kull sena u li tindirizza studenti tal-Istat, tal-Knisja u tal-iskejjel indipendenti li jkunu temmew l-edukazzjoni obbligatorja. Dan l-avveniment isir mal-perjodu tal-ħruġ tar-riżultati tas-SEC bl-iskop li jassisti lill-istudenti tas-Sena 11 (Form 5) biex jevalwaw l-għażliet tagħhom, ifittxu parir u jagħmlu l-għażliet it-tajba.

Waqt li nieda l-fiera tal-karrieri, il-Ministru Clifton Grima feraħ lill-istudenti li għaddew mill-eżamijiet u għamel kuraġġ lil dawk li qed jaspiraw għal riżultati aħjar. Qal li, “Il-Fiera I Choose hija opportunità oħra li qed nagħtu kull sena li permezz tagħha l-istudenti jistgħu jesploraw aktar għażliet ta' karrieri u hija opportunità eċċellenti biex l-istudenti jiksbu għarfien adegwat dwar korsijiet differenti li jistgħu jsegwu wara l-edukazzjoni obbligatorja. Hija fiera li tressaq lill-istudent lejn x'joffri s-settur edukattiv biex huma jkomplu l-edukazzjoni tagħhom, kif ukoll dwar il-ħtiġijiet emerġenti fid-dinja tax-xogħol". Il-ministru żied li l-għan prinċipali tal-fiera tal-karrieri hu li tassisti lill-istudenti biex jagħmlu għażliet infurmati għall-futur tagħhom.

Is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti qal kemm huwa importanti li jingħata t-tagħrif meħtieġ bħala gwida għall-għażliet tal-istudenti. "F'dawn l-aħħar snin bħala gvern komplejna nenfasizzaw fuq xogħol ta' kwalità li jirriżulta f'karrieri. Dawn jistgħu jinkisbu biss b'edukazzjoni sħiħa dwar l-opportunitajiet li l-istudenti jistgħu jisfruttaw fid-dinja tax-xogħol, grazzi għat-tagħrif ipprovdut mill-professjonisti lokali li għandna," żied jgħid, filwaqt li kkonkluda billi ħeġġeġ lill-istudenti kollha tal-11-il sena biex jattendu l-fiera 'I Choose' u b'hekk jiksbu l-għajnuna kollha meħtieġa għal għażla importanti bħalma hija l-karriera tagħhom.

L-avveniment 'I Choose' jospita istituzzjonijiet u entitajiet edukattivi postsekondarji kif ukoll stands taħt saqaf wieħed dwar karrieri minn setturi varji, u huwa miftuħ ukoll għal studenti tas-Sena 10 (Form 4) biex jibdew jesploraw għażliet u possibbiltajiet ta' karriera. Il-fiera tinkludi preżentazzjonijiet differenti li jingħataw minn professjonisti f'diversi oqsma relatati biex jassistu kemm lill-istudenti kif ukoll lill-ġenituri. Jitwasslu wkoll għadd ta' diskussjonijiet dwar karrieri varji minn kelliema u minn professjonisti li ġejjin minn diversi setturi, fosthom privati u oħrajn. 

Din il-fiera edukattiva hija miftuħa wkoll is-Sibt 22 ta' Lulju mid-09:00 sas-13:00 fil-lukanda Excelsior, il-Furjana. Aktar tagħrif dwar 'I Choose – Nagħzel il-Karriera Tiegħi' jinsab fis-sit elettroniku https://education.gov.mt/i-choose/.

Fis-sit elettroniku 'Explore More-My Journey Portal', hemm aktar informazzjoni dwar karrieri differenti u korsijiet postsekondarji disponibbli lokalment. L-informazzjoni hija ppreżentata b'mod interattiv b'videos qosra b'esperjenzi diretti minn persuni li jaħdmu fl-industrija u kwiżż qasir li jgħin lill-istudenti jidentifikaw is-settur tax-xogħol li huwa ta' interess għalihom. Il-websajt hi kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż u tista' tiġi aċċessata fuq http://exploremoreproject.eu/en/.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tiftaħ il-bibien edizzjoni oħra tal-fiera ‘I Choose - Nagħżel il-Karriera Tiegħi’
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tiftaħ il-bibien edizzjoni oħra tal-fiera ‘I Choose - Nagħżel il-Karriera Tiegħi’
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow