Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Imħabbra għajnuna finanzjarja għall-għaqdiet volontarji biex jipparteċipaw fuq skala Ewropea u internazzjonali

pr231126
Date Icon 17/07/2023

Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS), permezz tal-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur, għadu kif ħabbar il-Fond għas-Soċjetà Ċivili (Civil Society Fund) 2023, li hija għajnuna finanzjarja bil-għan li tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tal-għaqdiet volontarji f'fora Ewropea u internazzjonali. Dan jinkludi kollaborazzjoni ma' għaqdiet barranin, inkluż sħubija f'assoċjazzjonijiet, networks u konfederazzjonijiet, attendenza f'konferenzi u laqgħat, u kif ukoll taħriġ fuq dimensjoni Ewropea.

Il-baġit ta' din is-sena għal dan il-fond huwa ta' €125,000, fejn fi tmien snin, minn meta beda s'issa, ġew allokati għalih aktar minn miljun ewro. Kull applikazzjoni sottomessa tista' tieħu sa massimu ta' €6,000, sa massimu ta' 80% tal-ispejjeż eliġibbli. L-għaqdiet volontarji jistgħu japplikaw billi jżuru s-sit elettroniku vofunding.org.mt. L-applikazzjonijiet ser jintlaqgħu mit-Tnejn 17 ta' Lulju sa nofsinhar tal-Ħamis 7 ta' Settembru 2023.

Matul l-attività l-MCVS ħabbret ukoll pjattaforma diġitali fejn il-proġetti kollha approvati u li jingħataw fondi mill-Kunsill ser ikunu jistgħu jiġu segwiti b'mod dejjem aktar strutturat, trasparenti u anki simplifikat għall-għaqdiet. S'issa l-pjattaforma diġitali kienet għall-fażi tas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, u allura issa din ser tkun qed tiġi estiża għat-tul kollu tal-proġett inkluż sal-fażi tar-rappurtar u dokumentazzjoni neċessarja sabiex jingħalaq b'suċċess kull proġett.

Waqt l-attività li fiha tħabbar il-fond, il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli, saħqet kif il-Gvern qed jinvesti aktar fit-tisħiħ tal-ħiliet tar-riżorsa umana tal-għaqdiet volontarji Maltin u Għawdxin. Il-Ministru Farrugia Portelli saħqet li huwa kruċjali li l-għaqdiet volontarji jimpenjaw ruħhom u jikkollaboraw b'mod attiv ma' organizzazzjonijiet oħra, mhux biss fil-livell lokali iżda wkoll fil-kuntest Ewropew. Dan l-impenn jiżgura li dawn l-għaqdiet ikollhom vuċi fid-diskussjonijiet Ewropej li jappartjenu għall-oqsma tal-kompetenza tagħhom.

Is-Sinjura Gertrude Buttigieg, Chairperson tal-Kunsill, qalet “Din hi skema popolari mal-għaqdiet, fejn għal ħafna minnhom il-livell Ewropew huwa mezz ta' kif jimirħu u anki jkunu minn ta' quddiem f'fora internazzjonali ma' kollegi u peers minn pajjiżi differenti. Dan anki jgħinhom isaħħu l-ħiliet tal-organizzazzjonijiet rispettivi tagħhom u joħolqilhom opportunitajiet ġodda, inkluż fondi Ewropej".

Is-Sur Mauro Pace Parascandalo, Kap Eżekuttiv tal-Kunsill, stqarr li, “Apparti dan il-fond, qed inħabbru wkoll l-estensjoni tal-pjattaforma diġitali, li hija riżultat tax-xogħol kontinwu tal-kunsill sabiex ikollna sistemi dejjem aktar simplifikati u ċari għall-għaqdiet li japplikaw b'suċċess u allura jkunu qed jimmaniġġjaw il-fondi li jingħataw. Fil-ġimgħat li ġejjin, ser inkunu qed nikkomunikaw magħhom ħalli nispjegaw is-sistema kif ser taħdem fid-dettall".

L-iskema ta' finanzjament tas-Civil Society Fund (CSF) hija inizjattiva mmexxija mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur. Aktar informazzjoni tista' tinkiseb fuq vofunding.org.mt.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Imħabbra għajnuna finanzjarja għall-għaqdiet volontarji biex jipparteċipaw fuq skala Ewropea u internazzjonali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Imħabbra għajnuna finanzjarja għall-għaqdiet volontarji biex jipparteċipaw fuq skala Ewropea u internazzjonali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI, IL-VOLONTARJAT U D-DRITTIJIET TAL-KONSUMATUR Imħabbra għajnuna finanzjarja għall-għaqdiet volontarji biex jipparteċipaw fuq skala Ewropea u internazzjonali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow