STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL: Riżultati u l-Allokazzjoni tal-Ħruġ tal-Istock tal-Gvern ta’ Malta – Lulju 2023
Id-Dipartiment tat-Teżor iħabbar ir-riżultati tal-ħruġ tal-istock tal-Gvern ta' Malta ta' Lulju 2023.
Sottoskrizzjonijiet minn Investituri Mhux Professjonali (retail)
Sad-data tal-għeluq, fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa t-12 ta' Lulju 2023, il-valur nominali tal-applikazzjonijiet kollha magħmula minn investituri mhux professjonali (retail) fiż-żewġ stocks offruti lill-membri tal-pubbliku:
- it-3.55% Stock tal-Gvern ta' Malta 2026 (V), u
- l-4.00% Stock tal-Gvern ta' Malta 2038 (I),
kien ta' madwar €180 miljun. Dawn l-applikazzjonijiet magħmula taħt il-parti mhux kompetittiva tal-ħruġ bi prezz fiss imħabbar qabel il-ftuħ tal-applikazzjonijiet ser jintlaqgħu kollha.
Id-dettalji tal-allokazzjoni f'kull stock se jiġu ppubblikati permezz ta' Stqarrija għall-Istampa u jittellgħu fuq is-sit elettroniku tat-Teżor immedjatament wara li l-applikazzjonijiet ikunu iċċertifikati li kienu konformi mat-termini tal-Prospett Ġenerali u ċ-Ċirkolari tal-Offerta.
It-Teżor se jeżerċita d-dritt li jżid is-somma awtorizzata tal-ħruġ ta' €270 miljun sa massimu ta' €130 miljun oħra, sabiex l-ammont totali li ser jiġi allokat jitla' sa massimu ta' €400 miljun.
Għaldaqstant, it-Teżor ser jalloka l-offerti mitfugħa fl-irkant kif jidher aktar 'l isfel:
Irkant Kompetittiv – Wholesale Investors
Sad-data tal-għeluq, f'nofsinhar tal-Ġimgħa, l-14 ta' Lulju 2023, it-Teżor irċieva 83 offerta minn investituri wholesale fiż-żewġ stocks b'valur nominali flimkien ta' €389 miljun li ġew allokati kif ġej:
| Offerti sottomessi fl-Irkant | Allokazzjoni | |||
| Deskrizzjoni tal-Istock | Nr. | Ammont Nominali | Nr. | Ammont Nominali |
| 3.55% Stock tal-Gvern ta' Malta 2026 (V) | 47 | 169,000,000 | 20 | 64,000,000 |
| 3.75% Stock tal-Gvern ta' Malta 2033 (III) | 36 | 220,000,000 | 28 | 155,500,000 |
| Total | 83 | 389,000,000 | 48 | 219,500,000 |
Aktar tagħrif u informazzjoni dwar ir-Riżultati tal-Ħruġ tal-istock jinsabu fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor: www.treasury.gov.mt.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en