Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jirreġistraw aktar minn 12,000 student għall-edizzjoni ta’ SkolaSajf ta’ din is-sena

PR231115
Date Icon 14/07/2023

“SkolaSajf huwa servizz li qed joffri edukazzjoni b'mod divers mit-tagħlim li l-istudenti jieħdu matul il-ħin tal-iskola. Huwa servizz li mhux biss qed joffri edukazzjoni, imma huwa parti mill-viżjoni u l-ħidma tagħna biex is-sistema edukattiva tirrifletti r-realtajiet tas-soċjetà li qed ngħixu fiha. Aħna konxji mill-bżonnijiet u r-realtajiet tas-soċjetà u għalhekk qed inkomplu naħdmu biex intejbu dawk is-servizzi li noffru biex dawn jirriflettu proprju dawn il-ħtiġijiet."

Dan qalu l-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima meta fl-ewwel jum tal-edizzjoni ta' din is-sena ta' SkolaSajf, żar l-Iskola Primarja ta' Ħal Għargħur, wieħed mill-55 ċentri li qed jintużaw madwar Malta u Għawdex għal dan il-għan.

Matul is-snin qed jiżdiedu r-reġistrazzjonijiet li jsiru għal studenti biex jattendu għal SkolaSajf, tant li din is-sena kien hemm aktar minn 12,000 reġistrazzjoni.

Is-servizz jingħata f'55 ċentru mifruxin mal-pajjiż, fosthom 5 f'Għawdex. Servizz li jingħata minn madwar 2,210 persuna mqassmin f'dawn iċ-ċentri, bi 12-il koordinatur reġjonali u 60 koordinatur fiċ-ċentri. Hemm 71 sħab soċjali li jipparteċipaw fi SkolaSajf b'kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi li ġejjin minn entitajiet governattivi, s-settur privat kif ukoll Għaqdiet mhux Governattivi.

Bħal kull sena, SkolaSajf għandha tema li tirrifletti dak li jkun għaddej madwarna, li tiġi żviluppata permezz ta' attivitajiet varji li jipparteċipaw fihom l-istudenti. Din is-sena qed tingħata ħarsa lejn il-paċi bit-tema 'Peace by Piece'. Tema li tħeġġeġ is-sehem ta' kulħadd biex tiżdied il-paċi li hija tant meħtieġa minn kulħadd. Paċi li tfisser ukoll mod kollettiv li jgħin biex tinbena soċjetà aħjar u aktar b'saħħitha. “Dan huwa mezz ieħor kif qed immexxu u ngħinu lill-istudent minn età żgħira biex isiru ċittadin responsabbli," qal il-Ministru Grima.

Il-Ministru rrefera għall-Istrateġija Nazzjonali ġdida għall-Edukazzjoni li qed titfassal bħalissa b'konsultazzjoni wiesgħa, li tkopri kull età – inkluż l-età bikrija. Huwa qal li dan is-servizz irid jittieħed f'kuntest aktar wiesa' għaliex huwa parti wkoll mill-viżjoni għal strateġija ħolistika għas-settur edukattiv.

“Nemmnu li l-kwalità fl-edukazzjoni tibda minn età bikrija. Uliedna jrid ikollhom bażi edukattiva b'saħħitha biex matul is-snin ikomplu jibnu fuqha b'edukazzjoni mhux biss ħolistika, imma edukazzjoni ta' kwalità. Edukazzjoni li twassalhom biex jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom imma li tgħaqqadhom ukoll mal-ħtiġijiet tad-dinja tax-xogħol," temm jgħid il-Ministru Clifton Grima.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jirreġistraw aktar minn 12,000 student għall-edizzjoni ta’ SkolaSajf ta’ din is-sena
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jirreġistraw aktar minn 12,000 student għall-edizzjoni ta’ SkolaSajf ta’ din is-sena
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jirreġistraw aktar minn 12,000 student għall-edizzjoni ta’ SkolaSajf ta’ din is-sena
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow