Left arrow Mur Lura

​ STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Imnedija żewġ dokumenti biex ikomplu jtejjbu s-settur edukattiv

pr231110
Date Icon 13/07/2023

Is-settur edukattiv għaddej minn trasformazzjoni, frott il-ħidma kollettiva li qed issir biex ikun żgurat li l-istudent kif ukoll l-edukatur ikunu fiċ-ċentru ta' dan is-settur. Illum tnedew pubblikament żewġ dokumenti oħra importanti għal dan is-settur: Il-Qafas ta' Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni f'Malta (0-16-il sena) u l-Istandards Nazzjonali għall‑Kwalità fl‑Edukazzjoni (3‑16‑il sena).

It-trasformazzjoni fis-settur qed tara l-aġġornament ta' diversi strateġiji u dokumenti, li lkoll flimkien huma l-bażi tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni 2023-2030 li għaddejja ħidma fuqha b'konsultazzjonijiet mal-edukaturi u ma' kull min huwa parti minn dan is-settur, biex flimkien tinbena mill-qiegħ il-viżjoni għas-settur edukattiv.

“L-għan tagħna huwa li mhux biss ikollna edukazzjoni li tkun tista' twassal lill-uliedna biex jilħqu l-aspirazzjonijiet kollha tagħhom, imma wkoll li jkollna kwalità fl-edukazzjoni", qal il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima waqt li kien qed iniedi dawn iż-żewġ dokumenti.

Dawn id-dokumenti qed ifasslu l-ambjent edukattiv għas-snin li ġejjin, li se jimxu id f'id mal-Istrateġija ġdida għall-Edukazzjoni li qed tiġi żviluppata. Waqt it-tnedija kien enfasizzat li l-edukazzjoni li jirċievu t-tfal tinfluwenza l-iżvilupp ġenerali tagħhom, kif ukoll għandha impatt fuq il-ħajja ħolistika tagħhom b'diversi modi. Għalhekk sistema robusta ta' assigurazzjoni tal-kwalità hija essenzjali għaż-żamma u t-titjib tal-kwalità, l-ekwità u l-effiċjenza tal-edukazzjoni, u l-iżvilupp ta' din is-sistema huwa ta' importanza kbira biex tiġi sostnuta edukazzjoni ta' kwalità għolja.

Għalkemm l-evalwazzjoni tal-kwalità fl-edukazzjoni huwa eżerċizzju kumpless minħabba n-natura tas-settur, id-dokument 'Il-Qafas tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni f'Malta (0-16-il sena)' jimmarka pass sinifikanti fit-trasformazzjoni tas-sistema edukattiva Maltija. Dan għandu l-għan li jrawwem tfehim komuni fost l-imsieħba dwar il-prinċipji tal-assigurazzjoni tal-kwalità fl-istituzzjonijiet edukattivi.

Id-dokument dwar l-istandards jara li dawn għandhom rwol kruċjali biex jiżguraw sistema edukattiva tal-ogħla livell billi jistabbilixxu miri ċari u li jistgħu jitkejlu.

“Il-bidla lejn edukazzjoni bbażata fuq l-istandards se tħalli impatt kbir fuq is-sistema edukattiva Maltija u timmarka pass sinifikanti fl-iżvilupp tagħha", qal il-Ministru Grima.

Id-dokument 'Standards Nazzjonali ta' Kwalità fl-Edukazzjoni (3-16-il Sena)' jmur lil hinn minn sempliċi kunċetti filosofiċi billi jipprovdi miżuri konkreti billi jiddefinixxi kriterji ta' suċċess u marki tal-kwalità għal tliet settijiet ta' standards. Dawn l-istandards huma mfassla biex itejbu l-effettività tal-iskola u jiggarantixxu riżultati edukattivi ta' kwalità għolja.

L-ewwel sett ta' standards jiffoka fuq it-Tmexxija tal-Iskola, u jenfasizza l-importanza li titrawwem viżjoni maqbula fost l-imsieħba u li jiġu promossi l-iskejjel bħala komunitajiet professjonali ta' tagħlim. It-tieni sett ta' standards huwa mmirat lejn it-tagħlim, u jenfasizza l-importanza li l-istudenti jieħdu dak li huma intitolati għalih kif deskritt fin-National Curriculum Framework. It-tielet sett ta' standards huwa dwar l-Etos tal-Iskola, u jenfasizza l-appoġġ li jingħata lill-istudenti, il-klima u l-kultura tal-iskola, u l-involviment tal-ġenituri.

​ STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Imnedija żewġ dokumenti biex ikomplu jtejjbu s-settur edukattiv
​ STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Imnedija żewġ dokumenti biex ikomplu jtejjbu s-settur edukattiv
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow