Left arrow Go Back

​ STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Assistenza legali b'xejn lill-anzjani

pr231107
Date Icon 13/07/2023

Illum ġie ffirmat memorandum of understanding bejn l-Aġenzija tal-Għajnuna Legali, fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, u d-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, fi ħdan il-Ministeru għall-Anzjanità Attiva. Iż-żewġ partijiet qed jaqblu li jikkoperaw flimkien fuq assistenza legali lill-anzjani.

Permezz ta' dan il-ftehim, l-Aġenzija tal-Għajnuna Legali ser tkun qed tirċievi mingħand l-Aġenzija tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità referenzi ta' anzjani li għandhom bżonn l-assistenza legali. Dan il-proċess se jsir b'mod diġitali permezz tas-sistema utilizzata mill-Aġenzija magħrufa bħala LARS (Legal Aid Referral System).

Grazzi għal dan il-ftehim, l-anzjani se jkunu qed jirċievu assistenza kemm għall-kawżi ċivili kif ukoll kriminali, speċjalment jekk ikunu vittmi tal-kriminalità jew sofrew vjolenza abbażi tal-ġeneru. L-Aġenzija tal-Għajnuna Legali se tkun qed tkopri l-ispejjeż amministrattivi u għal provediment ta' servizzi legali lil dawn il-persuni anzjani.


Dawk kollha li għandhom 'il fuq minn sittin sena u jkunu għaddejjin minn diffikultajiet soċjali jistgħu jkunu eliġibbli għal dan is-servizz. Fost is-servizzi offruti, ser ikun hemm il-koordinazzjoni tal-laqgħat bejn l-Avukati u l-anzjani permezz ta' mezzi online bl-assistenza tal-ħaddiema soċjali, it-tħejjija ta' rikorsi u applikazzjonijiet legali neċessarji, inkluż biex f'ċertu istanzi każijiet jinstemgħu b'mod elettroniku permezz ta' videoconferencing.

Il-partijiet qegħdin jaqblu wkoll li jikkollaboraw flimkien u joffru stħarriġ speċjalizzat u skambju ta' informazzjoni lill-ħaddiema rispettivi, kif ukoll isir eżerċizzju ta' għarfien biex ikun assigurat li l-anzjani jgawdu minn aktar għarfien fuq id-drittijiet tagħhom.

Il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard saħaq kif it-tisħiħ u l-investiment fis-servizz provdut mill-Aġenzija tal-Għajnuna Legali huwa parti integrali mill-pjan tal-Gvern fis-settur tal-Ġustizzja, li huwa ntiż li jassigura li joffri servizz aħjar kemm għall-pubbliku u kif ukoll lill-professjonisti involuti fis-settur.

Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela tenna li permezz ta' din il-kollaborazzjoni, anzjani li jkunu qed jiġu segwiti mill-ħaddiema soċjali u jkollhom bżonn għajnuna legali ser jiġu assistiti sabiex din l-għajnuna tkun aktar aċċessibbli għalihom.

Il-ftehim ġie ffirmat mid-Direttur tal-Aġenzija tal-Għajnuna Legali Bruno Zahra u l-Kap Eżekuttiv tad-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità Renzo De Gabriele. Għall-iffirmar kien hemm preżenti wkoll is-Segretarji Permanenti rispettivi taż-żewġ Ministeri u rappreżentanti mill-Aġenzija tal-Għajnuna Legali u dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, kif ukoll numru ta' Għaqdiet non-governattivi.


Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jagħmel kuntatt mal-ħaddiema soċjali fuq 22788243. Wieħed jista' wkoll jibgħat e-mail fuq socialworkunit.aacc@gov.mt.

​ STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Assistenza legali b'xejn lill-anzjani
​ STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Assistenza legali b'xejn lill-anzjani
​ STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Assistenza legali b'xejn lill-anzjani
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow