STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU ‘Il fuq minn 12,000 spettatur attendew il-BBC Orchestra in Concert
12,000 spettatur attendew il-kunċert tal-bieraħ, BBC Orchestra in Concert, fuq il-Fosos tal-Floriana. It-tema għal din is-sena fakkret il-100 sena anniversarju mit-twelid tal-kapitali tad-dinja tal-films Hollywood.
Matul din is-serata, il-pubbliku kellhu l-opportunità jisma mużika ta’ films popolari li jinkludu Titanic, Little Mermaid, Top Gun Maverick, Armageddon, The Greatest Showman, Dirty Dancing, Back to the Future, Pirates of the Caribbean u oħrajn.
Dan l-avveniment mistenni jiġi mxandar fuq BBC Radio 2, stazzjon tar-radju fl-Ingilterra li jilħaq medja ta’ 14-il miljun persuna ta’ kuljum.
Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo rrimarka kif is-suċċess ta’ dan l-avveniment mużikali huwa sinonimu mal-qabża fil-kwalità li qegħdin nagħmlu bħala pajjiż fil-qasam tat-turiżmu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en