Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-aħħar preparamenti għall-kunċert The BBC Orchestra in Concert

pr231072
Date Icon 08/07/2023

Għaddejjin l-aħħar preparamenti sabiex għada jirritorna The BBC Orchestra in Concert fuq il-Fosos tal-Floriana. Din hija r-raba' sena li l-BBC Orchestra ser tkun qegħda ttella' dan l-avveniment f'pajjiżna. 

Għal din is-sena t-tema' magħżula hija marbuta mad-dinja tal-films ta' Hollywood f'serata li fiha mistennija tinstema mużika orkestrali mill-films popolari: Top Gun Maverick, Indiana Jones, Armageddon u James Bond 007, fost oħrajn. 

Dawn id-dettalji tħabbru mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo fil-preżenza taċ-Ċermen tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia, id-Direttur tal-BBC Jason Carter u l-Kap ta' BBC Radio 2 Helen Thomas. 

Il-Ministru Clayton Bartolo rrimarka kif dan l-avveniment ser ikompli jsaħħaħ dak li joffri pajjiżna għat-turisti barranin u dawk domestiċi. 

“Apparti l-ispettaklu ta' mużika li ser naraw fuq il-Fosos tal-Floriana, il-kunċert ser jinstema' wkoll fuq BBC Radio 2 fejn l-udjenza medja ta' kuljum fuq dan l-istazzjon tar-radju hija stmata li tilħaq 14.5 miljun persuna. Għalhekk dan huwa investiment li permezz tiegħu ser inkomplu ntejbu l-viżibilità tal-Gżejjer Maltin fid-dinja turistika," saħaq il-Ministru Clayton Bartolo. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-aħħar preparamenti għall-kunċert The BBC Orchestra in Concert
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-aħħar preparamenti għall-kunċert The BBC Orchestra in Concert
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-aħħar preparamenti għall-kunċert The BBC Orchestra in Concert
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow