Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Sejħa għal parteċipazzjoni akbar fil-missjonijiet ta’ Horizon Europe

pr231059
Date Icon 06/07/2023

Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) organizza workshop informattiv dwar il-missjonijiet ta' Horizon Europe ġewwa ċ-Ċentru Xjentifiku Interattiv tal-Esplora. Mistiedna għal dan l-avveniment kien hemm is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti, flimkien ma' delegazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-missjonijiet magħżula mill-Unjoni Ewropea għandhom l-għan li jfittxu soluzzjonijiet għall-isfidi kbar li qiegħda taffaċċja d-dinja. Dawn is-soluzzjoni huma maħsuba li jiġu misjuba sas-sena 2030 permezz ta' fondi Ewropej mogħtija minn Horizon Europe għar-riċerka u l-innovazzjoni. Il-ħames missjonijiet magħżula huma: Adattament għall-bidla fil-klima; il-Kanċer; Tindif tal-oċeani u l-ibħra; Bliet newtrali għall-klima u teknoloġiċi; u l-Ħamrija.

Is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti qal, “Kommessi fl-impenn tal-Unjoni Ewropea biex issib alternattivi għall-isfidi li qegħdin naffaċċjaw illum. Ir-riċerka hija essenzjali biex jinstabu dawn is-soluzzjonijiet bl-għan aħħari li ntejbu u niffaċilitaw il-ħajja tan-nies."

Is-Segretarju Parlamentari żied jgħid li l-fondi mogħtija mill-Unjoni Ewropea għandhom iservu ta' inċentiv u jiġu utilizzati bl-aħjar mod biex jikkumbattu problemi serji bħall-ambjent u l-mard. Temm jgħid li flimkien jistgħu jegħlbu l-isfidi preżenti u futuri.

Iċ-Chairman tal-MCST Dr Tonio Portughese qal, “Malta għandha diversi riċerkaturi professjonisti li kapaċi jagħtu kontribut siewi għal dawn il-missjonijiet tal-Unjoni Ewropea. L-MCST se jagħti l-appoġġ kollu lir-riċerkaturi Maltin fil-ħidma tagħhom f'dawn il-proġetti."

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Sejħa għal parteċipazzjoni akbar fil-missjonijiet ta’ Horizon Europe
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Sejħa għal parteċipazzjoni akbar fil-missjonijiet ta’ Horizon Europe
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow