STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL Prezzijiet tal-iStock tal-Gvern ta’ Malta b’Rata ta’ Mgħax Fissa – Ħruġ Lulju 2023
pr231058
06/07/2023
B'referenza għall-Istqarrija Nru. 231025ta' nhar il-Ġimgħa, t-30 ta' Ġunju 2023, l-AccountantGeneraljavża li l-prezz għal kull Stock offrut għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku ġie stabbilit kif ġej:
| (i) | 3.55% Stock tal-Gvern ta' Malta 2026 (V) bi prezz ta' €100.00 b'YTMta' 3.5497%, li jġib rendiment ta' rata annwali ekwivalenti għal 3.5812%, u |
| (ii) | 4.00% Stock tal-Gvern ta' Malta 2038 (I) bi prezz ta' €100.00 b'YTMta' 3.9997%, li jġib rendiment ta' rata annwali ekwivalenti għal4.0397%. |
Il-linji gwida indikattivi ta' ipprezzar tat-3.75% Stock tal-Gvern ta' Malta 2033 (III) offrut b'irkant lill-investituri wholesale, li jikkonsistu minn spread indikattiva fuq ir-rati tal-euro mid-swap relevanti hu kif ġej:
| Stock | Spread fuq il-Mid-Swap (MS) |
| 3.75% MGS 2033 (III) | MS +71bps area |
L-applikazzjonijiet jiftħu u jagħlqu fil-ħinijiet u d-dati kif jidher hawn taħt, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General:
Applikazzjonijiet:
- mill-membri tal-pubbliku għall-ammont li ma jaqbiżx l-€499,900 kull persuna f'xi wieħed jew f'kull wieħed miż-żewġ stocks jiftħu t-Tnejn, l-10 ta' Lulju 2023 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, t-12 ta' Lulju 2023; u
- mill-investituri wholesale magħmulin f'offerti b'irkant jiftħu l-Ġimgħa, l-14 ta' Lulju 2023 fit-8.30 a.m. u jagħlqu f'nofsinhar (CET) tal-istess ġurnata. L-ammonti ta' kull stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f'offerti b'irkant, jiġu mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-irkant.
Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta' Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta' Servizzi ta' Investiment. Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor, mill-Ġimgħa, is-7 ta' Lulju 2023.
Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta kif ukoll fuq is-sit elettroniku tat-Teżor, www.treasury.gov.mt.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en