Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Jinfetħu n-nominazzjonijiet għall-Animal Honours Awards 2023

pr231050
Date Icon 05/07/2023

Waqt konferenza tal-aħbarijiet ġie mħabbar li bejn il-5 u d-19 ta' Lulju, il-poplu Malti huwa mistieden biex jissottometti n-nominazzjonijiet għal edizzjoni oħra tal-Animal Honours Awards, li mistennija sseħħ f'Ottubru li ġej.

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo qal: “Dejjem emminna fl-importanza li nuru l-apprezzament lejn dawk kollha li ta' kuljum jaħdmu bla heda biex jassiguraw li dejjem ipoġġu fuq quddiem il-ħarsien tal-annimali. Dwar il-ħarsien xieraq tal-annimali qed inkomplu nedukaw, b'mod partikolari lit-tfal tagħna, sabiex dejjem jieħdu ħsieb lill-annimali li huma l-akbar ħabib tal-bniedem."

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u l-Ħarsien tal-Annimali Alicia Bugeja Said stqarret li, “Din iċ-ċerimonja hija opportunità biex inkomplu nseddqu l-ħeġġa u d-determinazzjoni ta' kull voluntier, uffiċjal u individwu li huwa b'xi mod involut fil-ħarsien tal-annimali. Permezz ta' din iċ-ċerimonja, se niċċelebraw il-ħidma ta' tant voluntiera u ħaddiema li huma ta' ispirazzjoni għalina lkoll."

Il-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali Alison Bezzina spjegat li wara li jidħlu n-nominazzjonijiet mill-pubbliku, se jkun hemm bord li se jirrevedi n-nominazzjonijiet u jagħżel l-aħjar tliet kandidati f'kull kategorija. Kompliet tispjega li lejn l-aħħar ta' Lulju, in-nominazzjonijiet magħżula mill-bord jerġgħu jitħabbru, u l-pubbliku jkun jista' jivvota għan-nominazzjonijiet favoriti tiegħu. Ir-rebbieħa finali li jkunu ġabu l-iżjed voti jiġu ippremjati fil-Jum Dinji tal-Annimali f'Ottubru.

“Dawn il-premijiet jagħtuna l-opportunità li  niċċelebraw dawk in-nies straordinarji li jiddedikaw ħajjithom biex jgħinu l-annimali, kif ukoll dawk l-annimali li bil-mod tagħhom ħallew impatt speċjali," temmet tgħid il-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Jinfetħu n-nominazzjonijiet għall-Animal Honours Awards 2023
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Jinfetħu n-nominazzjonijiet għall-Animal Honours Awards 2023
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Jinfetħu n-nominazzjonijiet għall-Animal Honours Awards 2023
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow