Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI U L-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Titfakkar it-80 sena mill-Operazzjoni Husky: l-Invażjoni storika ta’ Sqallija mill-Alleati

pr231038
Date Icon 03/07/2023

Weekend ta' attivitajiet f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi bejn l-4 u s-6 ta' Awwissu

Biex jitfakkar it-80 anniversarju mill-invażjoni storika ta' Sqallija mill-Alleati, f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi (MCC) qed jiġi organizzat weekend ta' attivitajiet bejn l-4 u s-6 ta' Awwissu, li jinkludi wirja fis-Sala Sacra Infermeria bis-sehem ta' diversi gruppi ta' re-enactment, u kunċerti fis-Sala tar-Repubblika.

L-ewwel kunċert se jsir nhar il-Ġimgħa 4 ta' Awwissu fit-20:30, bis-sehem tal-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta mmexxija mill-Mro. Jonathan Borg. It-tieni kunċert se jsir is-Sibt 5 ta' Awwissu fit-20:30 u se jinkludi l-Goldberg Ensemble mmexxi mis-Surmast Michael Laus.

Dawn id-dettalji tħabbru waqt konferenza tal-aħbarijiet li għaliha kien hemm preżenti l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici u l-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo.

Il-Ministru Owen Bonnici saħaq dwar l-importanza li jfakkru l-istorja u li jgħadduha lill-ġenerazzjonijiet li telgħin. “B'hekk niżguraw li l-ġenerazzjoni t'għada tkun konxja minn dak li għaddew missirijietna waqt żminijiet ta' prova. It-Tieni Gwerra Dinjija kellha impatt enormi fuq pajjiżna. Dak li wassal għal-liberazzjoni tal-Ewropa mill-forzi Nazisti jrid jibqa' mfakkar, anke permezz ta' attivitajiet bħal dawn," tenna l-Ministru Bonnici.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Clayton Bartolo qal “It-turiżmu storiku f'Malta mhux biss jenfasizza l-istorja rikka tal-pajjiż iżda jikkontribwixxi wkoll għat-tkabbir ekonomiku tiegħu, il-preservazzjoni kulturali, u l-iżvilupp tal-komunità. Billi tħaddan u tippromwovi l-wirt storiku tagħha, Malta tista' tkompli tattira turisti, tiċċelebra l-identità unika tagħha, u tipprovdi esperjenzi ta' valur għall-viżitaturi minn madwar id-dinja."

Iċ-Chairman ta' Dar il-Mediterran għall-Konferenzi Kenneth Spiteri spjega s-sinifikat li ċerti anniversarji għandhom għall-MCC minħabba r-relazzjoni intrinsika tal-binja mal-istorja ta' Malta, b'referenza speċifika għat-Tieni Gwerra Dinjija. “Apparti li jservi ta' attrazzjoni primarja għall-eluf ta' turisti, l-MCC għandu ħafna x'jikkontribwixxi biex ifakkar avvenimenti bħal dawn. Konna attivi ħafna f'din il-missjoni permezz tal-kalendarju kulturali tagħna u nemmen li dan l-avveniment se jkompli jibni fuq il-kisbiet tal-passat li għalihom attendew ħafna Maltin u barranin", temm jgħid iċ-Chairman.

Il-biljetti huma għall-bejgħ minn showshappening.com.

Dan l-avveniment qed jiġi appoġġjat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta u l-Kunsill Malti għall-Arti, bis-sehem tal-Forzi Armati ta' Malta.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI U L-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Titfakkar it-80 sena mill-Operazzjoni Husky: l-Invażjoni storika ta’ Sqallija mill-Alleati
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI U L-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Titfakkar it-80 sena mill-Operazzjoni Husky: l-Invażjoni storika ta’ Sqallija mill-Alleati
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow