STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Il-proġett AgroSilver wassal għal ħolqien ta’ materjal u metodi ġodda għall-iżvilupp tas-settur agrikolu
Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri fetaħ il-konferenza tal-proġett 'Integrating silver knowledge from agroecology into the VET systems' (AgroSilver) li ttellgħet fil-gżira Għawdxija. Il-proġett Agrosilver kellu l-għan li jipprovdi metodi u materjal ġdid għall-iżvilupp tas-settur agrikolu u ffoka prinċipalment fuq kontenut u għodod innovattivi biex jappoġġjaw is-settur agrikolu fit-tagħlim tal-istudenti u jżidu l-kontenut tat-tagħlim informattiv u viżwali biex jgħinu lill-għalliema.
Waqt li indirizza l-aħħar laqgħa tal-proġett, il-Ministru Clint Camilleri qal li “permezz tal-proġett AgroSilver il-partners involuti qasmu l-aqwa prattiċi u metodi tal-biedja li jintużaw fil-pajjiżi Ewropej. Għalhekk nittamaw li dan ikun ta' benefiċċju għall-għanijiet komuni tagħna fosthom l-isfida tat-tibdil fil-klima, nixfa u sfidi oħra li jiffaċċja dan is-settur."
Id-Direttorat Rurali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex kien benefiċjarju tal-proġett AgroSilver li ffoka fuq is-setturi edukattivi, ambjentali, u agrikoli li jaffettwaw b'xi mod jew ieħor lill-komunità globali. Dan il-proġett tejjeb it-taħriġ tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali tal-agroekoloġija (VET) u pprovda lill-edukaturi b'għodod biex jattiraw bdiewa għal-livelli ogħla ta' edukazzjoni u jiksbu aktar għarfien.
Il-filmati li saru għandhom kontenut informattiv ħafna għall-istudenti, għad-dilettanti tal-biedja, għas-settur tal-biedja u għall-komunitajiet anke fid-dawl tal-isfidi li qed jiffaċċja dan is-settur. Wieħed jista' jaċċessa dawn il-filmati minn hawn. Wieħed jista' jsib ukoll il-filmat li sar mid-Direttorat Rurali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex hawn.
Il-proġett se jiġi fi tmiemu fl-aħħar ta' Awwissu 2023 u l-aħħar laqgħa saret illum fiċ-Ċittadella, Għawdex.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en