Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Din is-sena Malta se terġa’ tilqa’ l-kungress tal-MedFish4Ever

pr231031
Date Icon 30/06/2023

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said, ħabbret li bejn it-3 u l-4 ta' Ottubru ta' din is-sena, Malta se tilqa' lill-pajjiżi li jagħmlu parti mill-Kummissjoni dwar is-Sajd Ġenerali tal-Mediterran (GFCM) għall-kungress MedFish4Ever.

Dan il-kungress se jiġi organizzat flimkien mal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) u l-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran (GFCM) li ħa jiddiskutu s-suċċessi, kif ukoll l-isfidi, li qegħdin jiffaċċjaw is-sajjieda u l-operaturi fis-settur tal-akwakultura.

Il-kungress ta' Ottubru li ġej se jiddiskuti numru ta' temi differenti, fosthom it-tibdil fil-klima, l-immaniġġjar tal-ispeċi akwatiċi fil-baħar Mediterran, il-protezzjoni tal-ambjent, is-sigurtà tal-ikel u l-irwol tas-settur tas-sajd, fost oħrajn.

Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said irrimarkat li dan il-kungress se jkompli jibni fuq id-Dikjarazzjoni tal-MedFish4Ever, liema ftehim kien intlaħaq f'pajjiżna fl-2017. Hija spjegat li wara diversi xhur ta' negozjati xprunati mill-Kummissjoni Ewropea, intlaħaq ftehim li din id-dikjarazzjoni tiġġedded għal ħames snin oħra, bil-għan li tipproteġi s-saħħa ekoloġika, ekonomika u ambjentali tal-Baħar Mediterran.

Is-segretarju parlamentari tenniet li dan il-kungress se jgħin biex flimkien jassiguraw li l-komunitajiet tas-sajd u l-akwakultura reġjonali jadattaw u jsiru iktar sostenibbli kif ukoll reżiljenti. Kif ukoll li flimkien jaħdmu favur bilanċ bejn il-ħtiġijiet tas-sajjieda, is-sigurtà tal-ikel għall-komunità Ewropeja, u s-sostenibbiltà tal-ibħra għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.

“Ninsab ottimista li flimkien se nkomplu inwittu t-triq għall-futur fejn nagħtu s-serħan il-moħħ lis-sajjieda tagħna u lill-kommunitajiet Ewropej kollha," temmet tgħid is-segretarju parlamentari.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Din is-sena Malta se terġa’ tilqa’ l-kungress tal-MedFish4Ever
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Din is-sena Malta se terġa’ tilqa’ l-kungress tal-MedFish4Ever
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow