Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Spanja tqis lil Malta bħala mudell fid-drittijiet LGBTIQ+

pr231029
Date Icon 30/06/2023

EuroPride Valletta 2023 u l-qasam tad-drittijiet LGBTIQ+ kienu fuq nett tal-aġenda ta' laqgħa bilaterali li s-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg kellha f'Madrid mal-Ministru Spanjola għall-Ugwaljanza Irene Montero.

Rebecca Buttigieg esprimiet l-entużjażmu tal-Gvern Malti li għada, s-Sibt, se jkun preżenti għal Pride March ta' Madrid, li hija fost l-ikbar manifestazzjonijiet fid-dinja. Din se tkun opportunità oħra biex Malta tiċċelebra l-kisbiet tal-komunità fi bliet ewlenin kif ukoll tippromwovi l-EuroPride Valletta 2023 li se ssir għall-ewwel darba f'pajjiżna bejn is-7 u s-17 ta' Settembru.

“F'Settembru li ġej bi ħsiebna nagħtu importanza kbira lill-ħidma favur l-inklussività u d-diversità fir-reġjun tal-Mediterran li Malta u Spanja jagħmlu parti importanti minnu," qalet is-segretarju parlamentari.

Tkellmet ukoll dwar it-tnedija tat-tielet strateġija nazzjonali dwar id-drittijiet LGBTIQ+, li  tinkludi inizjattivi mmirati lejn aktar ugwaljanza, b'emfasi fuq l-edukazzjoni biex tiżdied il-kuxjenza u tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-mibgħeda.

Il-Ministru Spanjola, li ilha fil-kariga minn Jannar 2020, uriet l-ammirazzjoni tagħha lejn il-progress li wettqet Malta fi ftit snin. Filwaqt li rrikonoxiet lil Malta bħala mudell fid-drittijiet LGBTIQ+, Montero qalet li Spanja addottat il-leġiżlazzjoni kontra l-prattiċi ta' konverżjoni wara li ispirat ruħha mill-aqwa prattiċi li introduċiet Malta.

Il-Ministru Montero saħqet fuq il-ħsieb tagħha li tikkollabora ma' Malta biex ikunu esplorati mezzi kif jista' jitjieb ir-rikonoxximent tal-ġeneru fi Spanja.

Iż-żewġ naħat tkellmu wkoll dwar il-miżuri li qed jitwettqu fil-pajjiżi rispettivi biex tkun indirizzata l-isfida tal-vjolenza domestika. Fost oħrajn, iddiskutew l-introduzzjoni riċenti ta' liġi f'Malta li tagħti ċ-ċans lil persuni jiċċekkjaw jekk is-sieħeb jew sieħba tagħhom kienux instabu ħatja fuq vjolenza domestika fil-passat.

Il-Ministru Montero u s-Segretarju Parlamentari Buttigieg semmew l-isfidi li jiffaċjaw in-nisa, b'mod partikolari dwar l-attakki lejn in-nisa involuti fil-politika u fl-attiviżmu. Tkellmu wkoll dwar l-atti ta' mibgħeda u kemm il-proċess ġudizzjarju jrid ikun effiċjenti biex iċ-ċittadini jħossuhom siguri.

Hekk kif min għada Spanja tassumi l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Montero u Buttigieg ikkomettew ruħhom li se jaħdmu iktar flimkien sabiex jissalvagwardjaw id-drittijiet umani u jsaħħu l-ugwaljanza – valuri li ż-żewġ naħat għandhom għal qalbhom.

F'din il-laqgħa, is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza kienet akkumpanjata mill-Ambaxxatur Malti għal Spanja Daniel Azzopardi.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Spanja tqis lil Malta bħala mudell fid-drittijiet LGBTIQ+
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Spanja tqis lil Malta bħala mudell fid-drittijiet LGBTIQ+
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow