STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL Ħruġ Ġdid ta’ Stock tal-Gvern ta’ Malta b’Rata ta’ Mgħax Fissa – Lulju 2023
L-Accountant General qiegħed iħabbar il-ħruġ ta' Stock tal-Gvern ta' Malta ta' mitejn u sebgħin miljun ewro (€270,000,000) f'xi wieħed jew aktar mit-tliet stocks kif speċifikat aktar 'l isfel. Is-somma li għandha tinġabar tista' tiżdied b' €130,000,000 oħra f'każ li d-domanda tkun aktar mill-ammont offrut.
Għall-membri tal-pubbliku bi prezz fiss imħabbar minn qabel:
| (i) | 3.55% Stock tal-Gvern ta' Malta 2026 (V); |
| (ii) | 4.00% Stock tal-Gvern ta' Malta 2038 (I); |
Membri tal-pubbliku li huma nteressati li jinvestu jistgħu japplikaw għall -ammont sa massimu ta' erba' mija disgħa u disgħin elf u disa' mitt Ewro (€499,900) kull persuna f'xi wieħed jew f'kull wieħed miż-żewġ stocks elenkati (i) u (ii) aktar 'l fuq . L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru minn persuna waħda jew flimkien ma' persuna jew persuni oħra. L-applikazzjonijiet għall-membri tal-pubbliku jintlaqgħu minn nhar it-Tnejn, 10 ta' Lulju 2023 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, t-12 ta' Lulju 2023 jew aktar kmieni, fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.
Għall-investituri wholesale b'irkant:
| (a) | 3.55% Stock tal-Gvern ta' Malta 2026 (V); |
| (b) | 3.75% Stock tal-Gvern ta' Malta 2033 (III). |
L-applikazzjonijiet mingħand investituri wholesale f'wieħed jew f'kull wieħed miż-żewġ stocks imsemmija aktar 'l fuq u marrkati (a) u (b), magħmulin f'offerti b'irkant, jiftħu l-Ġimgħa, 14 ta' Lulju 2023 fit-8.30 a.m. u jagħlqu 12.00 pm (f'nofsinhar) (CET) tal-istess ġurnata, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.
Nhar il-Ħamis, 6 ta' Lulju 2023, l-Accountant General, permezz ta' Stqarrija għall-istampa maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI), ser ikun qed iħabbar:
- Il-prezz għal kull Stock imsemmi f'elenku (i) u (ii), li qegħdin jiġu offruti għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku, u
- Il-linji gwida indikattivi ta' ipprezzar tat-3.75% Stock tal-Gvern ta' Malta (III) imsemmi f'elenku (b) aktar 'l fuq, magħmula minn spread indikattiva fuq ir-rata tal-euro mid-swap relevanti, li tirrifletti b'mod wiesa' l-kondizzjonijiet fis-suq sekondarju tat-3.75% Stock tal-Gvern ta' Malta 2033 (III).
Ir-riżultat tal-allokazzjoni ta' kull stock li jiġi allokat lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f'offerti b'irkant, jiġi mgħarraf sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-irkant.
Il-formoli tal-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-membri kollha tal-Borża ta' Malta u fornituri oħra awtorizzati ta' servizzi ta' investiment. Formoli tal-applikazzjonijiet jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor www.treasury.gov.mt minn nhar il-Ġimgħa, 7 ta' Lulju 2023.
Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta li tista' titniżżel minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor minn nhar il-Ġimgħa, 30 ta' Ġunju 2023.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en