Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINSTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI

pr231019
Date Icon 28/06/2023

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jagħmel referenza għall-informazzjoni ppreżentata fil-Parlament marbuta mal-qasam edukattiv.

It-tabella ta' hawn taħt tkopri il-gradi kollha tal-edukaturi u tinqasam b'dan il-mod; statistika ta' edukaturi ingaġġati u dawk li rriżenjaw:

GradiRiżenjiIngaġġati
Għalliema58241
Edukaturi għas-Sapport tat-Tagħlim (LSE)34183
Edukaturi tal-Kindergarten329
Assistenti Kapijiet234
Totali97487

Wieħed jista' jinnota li f'kull każ l-ingaġġ kien ferm aktar mir-riżenji li kien hemm. Fil-fatt imqabbel mal-popolazzjoni tal-edukaturi, il-proporzjon affettwat kien ta' 1.1% bħala riżenji u ta' 5.5% bħala ingaġġ.

Il-ministeru jieħu ħsieb li jagħmel laqgħa ma' kull uffiċjal li jkun għadda r-riżenja u fost oħrajn tiġi diskussa r-raġuni għar-riżenja. Fil-parti l-kbira tagħhom dawk il-ħaddiema jibqgħu fis-settur edukattiv u anki jibdew impjieg f'istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla fejn tinħass il-ħtieġa tagħhom minħabba l-ammont ikbar ta' studenti li qed jibqgħu fl-edukazzjoni wara li jtemmu l-iskola sekondarja. Dan f'kuntest li r-rata tal-early school leavers f'Malta kompliet tonqos.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow