Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Ekoskola fil-Parlament 2023

pr231015
Date Icon 28/06/2023

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia dalgħodu mexxa s-Sbatax-il Edizzjoni ta' EkoSkola fil-Parlament. Il-Programm EkoSkola hu programm edukattiv minn Nature Trust – Malta, b'koordinazzjoni mal-iskejjel pubbliċi, tal-Knisja, indipendenti u privati bil-għan li jħeġġeġ l-istudenti u t-tfal japprezzaw is-sbuħija tal-ambjent naturali tal-gżejjer Maltin. Matul din il-laqgħa fil-Parlament l-istudenti jiddiskutu diversi temi li jolqtu l-ambjent kemm fil-gżejjer Maltin, iżda wkoll, fid-dinja.

Fl-aġenda ta' EkoSkola fil-Parlament, it-tfal iddiskutew mal-Membri tal-Parlament il-periklu minħabba t-traffiku, in-nuqqas ta' spazji miftuħa f'pajjiżna, l-ambjent fid-djar u familji tagħna, l-impatt ta' gwerrer fuq l-ambjent u konsegwenzi fuq l-bnedmin/refuġjati, l-effetti ta' microplastics fuq l-ambjent, inkluż l-ambjent marittimu, it-tniġġis tal-arja, Il-qagħda tal-familja f'pajjiżna u l-isfidi ekonomiċi fuq il-familja u l-vjolenza domestika bħala theddida għal familja.

Fid-diskors tiegħu, l-Ispeaker faħħar lil Nature Trust – Malta għall-impenn tagħha favur il-ħarsien tal-ambjent naturali u dak marittimu f'pajjiżna, b'mod partikulari it-treġġija ta' diversi siti ta' importanza ekoloġika fil-gżejjer Maltin.

Hu saħħaq fuq l-importanza dwar id-dritt li kull persuna, kemm f'Malta u fid-dinja, tgħix f'ambjent naturali nadif u sabiħ.  Kull theddida lill-ambjent naturali tista' twassal biex il-bnedmin ikunu mċaħħda minn għajxien dinjituż. Hu fakkar ir-responsabbiltà li għandhom l-awtoritajiet fit-teħid ta' deċiżjonijiet li jolqtu l-ambjent u li għandhom dejjem jagħtu importanza l-interess u ġid komuni tal-bnedmin.

Il-konferenza kienet indirizzata wkoll mill-Prim Ministru Robert Abela, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali lAlison Zerafa Civelli, is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttiġieġ, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett, Robert Cutajar, Whip tal-Grupp Parlamentari tal-Opożizzjoni, u l-Membri Parlamentari Romilda Zarb, Janice Chetcuti, Graziella Attard Previ, Justin Schembri u Mark Anthony Sammut.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Ekoskola fil-Parlament 2023
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Ekoskola fil-Parlament 2023
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Ekoskola fil-Parlament 2023
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Ekoskola fil-Parlament 2023
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow