Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA Seminar dwar l-esperti tal-qorti mtella’ b’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Għolja Ingliża

pr231012
Date Icon 28/06/2023

Il-Ministeru għall-Ġustizzja, permezz tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati u b’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Għolja Ingliża, organizza seminar fuq l-esperti tal-qorti.

Il-Kap tan-National Crime Agency f’Wyboston, Jim Shingler, ta preżentazzjoni tal-mudell li jitħaddem ġewwa l-Aġenzija Ingliża, fosthom kif jiġu identifikati l-esperti u jsir ir-reklutaġġ tagħhom. F’diskussjoni miftuħa u skambju ta’ ideat ma’ dawk preżenti, is-Sur Shingler spjega kif ċerti aspetti tal-mudell jistgħu jiġu applikati f’Malta u kif iż-żewġ pajjiżi jistgħu jikkollaboraw flimkien.

Il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard qal li kien il-Ministeru stess li talab li jkun hemm kooperazzjoni fuq dan is-suġġett u dan bil-ħsieb li jiġu diskussi l-prattiċi u l-esperjenzi li għandu r-Renju Unit fuq dan is-suġġett.

“Dan is-seminar huwa prova ċara ta’ kemm il-Gvern huwa konxju mir-realtajiet u l-isfidi li jeżistu f’pajjiżna fis-settur tal-esperti tal-Qorti. Din se tkun opportunità biex fiż-żmien li ġej inħarsu lejn x’tibdil u riformi jridu jsiru biex anke f’dan il-qasam naraw li jogħlew l-istandards, tiżdied l-effiċjenza u jkun hemm kontabilità fl-investiment li jsir fis-settur,” saħaq il-Ministru Attard.

Dan is-seminar kien indirizzat ukoll mis-Segretarju Permanenti Johan Galea u d-Deputat Kummissarju Għoli Ingliż, Tristan Gilchrist. Għal dan is-seminar attendew ukoll numru ta’ uffiċjali għolja li jiffurmaw parti mis-sistema ġudizzjarja ta’ pajjiżna u rappreżentanti tal-Kummissjoni Għolja Ingliża.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA Seminar dwar l-esperti tal-qorti mtella’ b’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Għolja Ingliża
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA Seminar dwar l-esperti tal-qorti mtella’ b’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Għolja Ingliża
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow