STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker jippresedi l-konferenza mtellgħa mill-Malta Foundation for the Wellbeing of Society
L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia ppreseda l-konferenza mtellgħa mill-Fondazzjoni Malta Foundation for the Wellbeing of Society b'kollaborazzjoni mal-Università ta' Malta.
F'kelmtejn tal-okkażjoni, l-Ispeaker faħħar il-ħidma li qed issir mill-akkademiċi fir-rigward tar-riċerka dwar familji mħallta, u kompla billi qal li huwa fatt magħruf illi n-numru ta' familji mħallta żdied u hawn wieħed jagħraf li għalkemm in-numru żdied, ftit li xejn nisimgħu dwar esperjenzi li jgħaddu minnhom it-tfal fi ħdan dawn il-familji, x'inhuma l-esperjenzi tagħhom, x'inhu jtellifhom fil-mixja ta' ħajjithom. L-Ispeaker tenna lli f'dawn iċ-ċirkustanzi, żgur u mhux forsi m'hemmx kejl wieħed għal kullħadd l-istess, anzi huwa ċar li kull tfajjel, kull tifel jew tifla għandhom esperjenzi varji.
Il-konferenza kienet indirizzata wkoll mill-President Emeritu Marie- Louise Coleiro Preca, Fundatriċi tal-Malta Foundation for the Wellbeing Society, minn Prof. Angela Abela, Investigatur Prinċipali, Prof. Suzanne Piscopo, Dr Sue Vella, Sja Alison Zammit Said u l-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-TfalMichael Falzon.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en