Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER

pr231006
Date Icon 27/06/2023

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia jagħmel referenza għall-artiklu li deher fl-online portal “newsbook.com.mt" illum, 27 ta' Ġunju 2023, dwar il-performance bonus tal-ħaddiema tas-Servizz Parlamentari.

Bħala kap tas-Servizz Parlamentari l-Ispeaker Farrugia jixtieq jiċċara li diġà nbeda x-xogħol fuq performance appraisal kif stipulat fl-ewwel ftehim kollettiv tal-istess servizz, li se jwassal biex il-ħaddiema kollha, irrispettivament mill-grad tagħhom, ikunu intitolati għal performance bonus.

Dan it-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-impjegati tal-Parlament ġie fis-seħħ fuq proposta tal-amministrazzjoni tal-Parlament, bħalma kienu wkoll proposti tal-amministrazzjoni li wasslu għal żieda sostanzjali fil-pagi u l-introduzzjoni ta' benefiċċji oħra fosthom responsibility allowance u flessibiltà akbar fil-ħinijiet tax-xogħol. Dan kollu bil-għan li s-Servizz Parlamentari jkun f'pożizzjoni li jattira ħaddiema b'ħiliet li jwasslu għall-għoti ta' servizz aħjar lill-Membri Parlamentari biex jaqdu aħjar il-mandat tagħhom fil-Kamra, fil-kumitati, kif ukoll fil-fora inter-parlamentari. Dawn il-kundizzjonijiet huma intiżi wkoll biex is-servizz ikun f'pożizzjoni li jirrikonoxxi x-xogħol ta' dawk l-impjegati tiegħu li diġà qed jaqdu dan ir-rwol b'mod sodisfaċenti u qed jagħtu kontribut siewi.

Is-Servizz Parlamentari jibqa' kommess li jimplimenta kull provvediment tal-ftehim kollettiv fl-aħjar interess tal-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow