Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI

pr231002
Date Icon 27/06/2023

Iffirmat ftehim ta’ koperazzjoni bejn l-MCST u l-MDIA biex tissaħħaħ ir-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur diġitali

Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) flimkien mal-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali (MDIA) ħabbar ftehim ta’ koperazzjoni li se jwassal biex iż-żewġ entitajiet jaħdmu flimkien biex ikomplu jixprunaw l-iżvilupp fil-qasam tat-teknoloġija diġitali. 

Dan se jkun possibbli billi ż-żewġ entitajiet jgħaqqdu flimkien u jużaw il-ħiliet, il-kompetenzi u l-esperjenzi tagħhom fis-settur biex ikomplu jkabbru t-teknoloġija diġitali f’pajjiżna. B’dan il-ftehim, Strengthening R&I in the Digital Sector, se jkun ukoll aktar faċli li jiġu indirizzati l-isfidi f’dan il-qasam.

Din il-kollaborazzjoni hija pass ieħor importanti fil-viżjoni ta’ Malta diġitali, Malta bħala ċentru ta’ eċċellenza fil-qasam diġitali.

Waqt l-iffirmar ta’ dan il-ftehim, li sar f’Villa Bighi, il-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri qal li l-MCST hija ħolqa importanti bejn ir-riċerkaturi u l-innovaturi, li tiffaċilita kollaborazzjonijiet ta' riċerka filwaqt li tgħin lill-innovaturi jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom. Min-naħa l-oħra, l-MDIA ġiet maħluqa biex tippromwovi u tiżviluppa s-settur tat-teknoloġija innovattiva f’pajjiżna, billi tipprovdi rikonoxximent, kif ukoll bħal r-regolatur tat-teknoloġija innovattiva. 

“Għaldaqstant huwa b’sens ta’ sodisfazzjon li nara dan il-ftehim bejn żewġ entitajiet f’ministeri differenti jikkollaboraw flimkien f’settur li huwa l-preżent u l-futur f’pajjiżna. Billi dawn iż-żewġ entitajiet jgħaqqdu l-esperjenzi tagħhom flimkien, se nkunu qed niżguraw li l-qasam innovattiv u tat-teknoloġiji diġitali jkun imsaħħaħ b’fondi għar-riċerka, biex b’hekk inkomplu noħolqu servizzi u proġetti li jagħtu aktar valur lill-kommunitajiet tagħna,” qal il-Ministru Silvio Schembri.

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti qal li “Malta ilha għal dawn l-aħħar snin tinvesti fir-riċerka f’diversi setturi sabiex insaħħu l-ekonomija ta’ pajjiżna u nkabbru l-operat pubbliku u privat. Għaldaqstant huwa importanti ferm li jkollna sinerġija bejn entitajiet bħall-MCST u l-MDIA li jħaddnu l-istess viżjoni għall-futur teknoloġiku u diġitali.” Huwa temm jgħid li bil-ħidma impenjattiva ta’ dan it-tip, Malta tista’ tattira aktar investiment u tkun aktar kompetittiva.

Iċ-Chairman tal-MCST, Tonio Portughese qal li “Permezz ta’ dan il-ftehim qegħdin nikkommettu ruħna biex naqsmu l-informazzjoni u l-prattiċi relatati mal-qasam innovattiv u t-teknoloġija diġitali, kif ukoll norganizzaw flimkien workshops, seminars u sessjonijiet informattivi fl-istess qasam.” Huwa żied jgħid li bħala entitajiet pubbliċi għandhom jużaw ir-riżorsi bl-aħjar mod possibbli billi jikkollaboraw flimkien u jitgħallmu aktar dwar l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda bil-għan li joffru l-għajnuna meħtieġa lis-settur teknoloġiku diġitali.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-MDIA, Kenneth Brincat qal li din is-sena, l-awtorità, li qed tiċċelebra l-ħames anniversarju tagħha, nediet il-proġett MDIA Engage. “B’dan il-proġett qed nersqu aktar lejn is-settur privat u entitajiet oħra pubbliċi bħall-MCST biex nifhmu aktar l-industrija diġitali u dak li hemm bżonn biex neċċellaw f’dan is-settur li l-ħin kollu jinbidel. Dan il-ftehim tal-lum huwa prova ċara ta’ kemm aħna kommessi li naraw aktar appoġġ u fondi għar-riċerka f’dan is-settur,” qal is-Sur Brincat. 

Il-ftehim kien iffirmat miċ-Chairman tal-MCST, Tonio Portughese u mill-Kap Eżekuttiv tal-MDIA, Kenneth Brincat, fil-preżenza tal-Ministru Silvio Schembri u tas-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow