STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Jinsab fi stadju avvanzat l-investiment ta’ €4.6 miljun f’akkomodazzjoni soċjali f’Ħal Luqa
Proġett li se jilqa’ fih madwar 48 familja ġdida
Waqt żjara fil-proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Wied il-Knejjes, Ħal Luqa, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes spjega kif ix-xogħol fuq dan il-proġett jinsab fi stadju avvanzat.
Huwa rrimarka kif dan il-proġett, li huwa maqsum fuq tliet blokok, qiegħed isir b’investiment ta’ €4.6 miljun u se jkun qiegħed joffri saqaf dinjituż u diċenti fil-komunità lil madwar 48 familja kif ukoll 66 parkeġġ. Huwa spjega kif ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni bdew lejn tmiem l-2021 u sal-lum aktar minn 65% tax-xogħlijiet jinsabu lesti. Ġie spjegat ukoll li fl-aħħar jiem tlestew ix-xogħlijiet fuq servizzi ta’ dawl u ilma fit-tieni blokka ta’ dan il-proġett.
Il-Ministru fakkar kif il-proġett f’Wied il-Knejjes huwa parti minn kullana ta’ proġetti oħrajn madwar Malta u Għawdex, u li x-xogħol fuqhom ukoll għaddej b’ritmu tajjeb. “Fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali tlaqna b’fond ta’ ftit miljuni u llum l-investiment ilaħħaq it-€43 miljun. Kommessi li nkompli l-ħidma tagħna sabiex kwalunkwe individwu jkollu saqaf diċenti u dinjituż,” temm jgħid il-Ministru Galdes.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en