Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Titnieda konsultazzjoni pubblika dwar il-proġett ta’ riġenerazzjoni urbana fil-Belt Victoria

pr230990
Date Icon 26/06/2023

L-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta' Għawdex nediet proċess ta' konsultazzjoni pubblika dwar il-proposta li fiċ-ċentru tal-Belt Victoria jitwettaq proġett ta' riġenerazzjoni urbana.

Fid-dawl tal-isfidi preżenti, jiġifieri n-nuqqas ta' spazji miftuħa, in-nuqqas ta' spazji għall-parkeġġ, u l-konġestjoni tat-traffiku, l-Awtorità qed tipproponi viżjoni għar-riġenerazzjoni ta' żona sħiħa mifruxa fuq medda ta' aktar minn 22,000 metru kwadru. Ċentrali għal din il-viżjoni hu l-fatt li ż-żona li llum hi okkupata minn parkeġġ tiġi trasformata fi spazju miftuħ u aċċessibbli għal kulħadd, filwaqt li jinħoloq ukoll parkeġġ taħt l-art li jkun jilqa' fiħ madwar 800 vettura.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri stqarr li din il-proposta li qed tressaq l-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta' Għawdex tibni fuq il-viżjoni tal-Gvern, dik li jiġġenera spazji miftuħa fiċ-ċentru tal-bliet u rħula tagħna. “Nilqa b'sodisfazzjon din l-inizjattiva li qed tieħu l-Awtorità. Dan hu l-ewwel pass sabiex jingħata bidu għal dan il-proġett ewlieni f'Għawdex li ser iġib kambjament drastiku fil-Belt Victoria," qal il-Ministru għal Għawdex.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta' Għawdex Mario Borg qal li l-proċess ta' konsultazzjoni ser jistieden lil dawk kollha interessati biex jagħtu l-kontribut tagħhom sabiex dan il-proġett jindirizza l-isfidi preżenti u dawk futuri. Hu enfasizza li l-viżjoni li qed tippreżenta l-Awtorità mhix waħda finali imma intiża biex tqajjem dibattitu u tqanqal l-interess mal-pubbliku inġenerali. Is-Sur Borg stieden lil kull min hu interessat biex jikkontribwixxi waqt dan il-proċess ta' konsultazzjoni fejn il-proposti u d-dokumenti neċessarji huma disponibbli għall-pubbliku minn fuq is-sit elettroniku tal-istess Awtorità: https://grda.mt/consultation/victoria-urban-upgrade/

Il-konsultazzjoni pubblika se tagħlaq fl-1 ta' Settembru 2023.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Titnieda konsultazzjoni pubblika dwar il-proġett ta’ riġenerazzjoni urbana fil-Belt Victoria
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Titnieda konsultazzjoni pubblika dwar il-proġett ta’ riġenerazzjoni urbana fil-Belt Victoria
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Titnieda konsultazzjoni pubblika dwar il-proġett ta’ riġenerazzjoni urbana fil-Belt Victoria
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow