Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Imnedija l-Politika Nazzjonali għad-Droga

pr230985
Date Icon 26/06/2023

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon nieda l-Politika Nazzjonali għad-Droga. Dan id-dokument jirrifletti l-miri ewlenin biex verament tkun indirizzata din il-problema minn aspetti ta' saħħa, soċjali u legali. Dan id-dokument tnieda propjament fil-ġurnata internazzjonali li tfakkar il-ħidma kontra l-użu tad-droga.

Il-Ministru Falzon tenna li l-għan ewlieni huwa illi permezz ta' din il-viżjoni strateġika jonqos l-użu tad-droga u l-konsegwenzi negattivi kemm fiżiċi kif ukoll dawk psiko-soċjali fuq il-vittmi u anke l-familjari tagħhom. Parti importanti minn dawn il-bidliet jinkludu aktar għarfien u azzjoni dwar il-fatt li mhux kull min juża d-droga huwa kriminal. Kompla li għalhekk hemm il-bżonn t'aċċess akbar għall-interventi u programmi t'għajnuna u riabilitazzjoni fejn meħtieġ.

Ġie spjegat ukoll li qed tingħata aktar emfasi sabiex titnaqqas il-prevelanza t'abbuż ta' sustanzi fost l-adoloxxenti u ż-żgħażagħ. Fil-fatt, ħafna mir-rakkomandazzjonijiet iduru m'azzjonijiet li jnaqqsu d-domanda u l-provvista tad-droga.

“Ejja nħarsu lejn din il-politika b'ambizzjoni waħda, dik illi nibdlu l-ħajja ta' persuna, ta' familja, li nbiddlu d-direzzjoni ta' ħajja li tkun sejra kompletament lejn direzzjoni żbaljata. Nappella lil kull min għaddej minn problemi simili, sabiex jagħmel kuraġġ u jersaq 'il quddiem u jitlob l-għajnuna meħtieġa," temm jgħid il-Ministru Michael Falzon.

Waqt din il-konferenza tal-aħbarijiet ingħatat ħarsa lejn l-aktar droga użata f'Malta u jirriżulta li l-kannabis u l-kokaina huma l-aktar żewġ drogi użati, filwaqt li l-użu tal-eroina baqa' jonqos. Saret referenza wkoll lejn in-numru ta' każijiet kriminali marbuta mal-abbuż mid-droga, fejn jirriżulta li dawn jammontaw għal 40% tal-każijiet kollha. Ħareġ ukoll li mal-75% ta' dawk li wettqu reat kriminali relatat mal-abbuż tad-droga, spiċċaw reċedevi u reġgħu xelfu dufrejhom mal-ġustizzja.

Il-Profs Richard  Muscat, li ħadem fit-tfassil ta' dan id-dokument, tkellem dwar numru t'azzjonijiet ġodda li se jidħlu fis-seħħ, fosthom l-ittestjar ta' sustanzi illeċiti waqt is-sewqan anke waqt 'random testing', aktar għarfien dwar l-użu tad-droga anke fuq il-post tax-xogħol u numru t'azzjonijiet preventivi oħra li jinsabu fid-dokument.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Imnedija l-Politika Nazzjonali għad-Droga
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Imnedija l-Politika Nazzjonali għad-Droga
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Imnedija l-Politika Nazzjonali għad-Droga
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow