Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Malta tappoġġja l-ħtieġa ta’ patt finanzjarju globali ġdid sabiex jiġu indirizzati diversi sfidi li qed tiffaċċja d-dinja, fosthom il-faqar u t-tibdil fil-klima

pr230975
Date Icon 23/06/2023

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri rrappreżenta lill-Gvern Malti fis-'Summit for a New Global Financing Pact', summit storiku li tratta s-solidarjetà internazzjonali u li sar bejn it-22 u t-23 ta' Ġunju, f'Palais Brongniart, f'Pariġi.

Waqt dan is-summit, aktar minn 100 mexxej minn madwar id-dinja ngħaqdu f'Pariġi fi żmien ta' sfidi storiċi globali li jinkludu l-faqar, l-inugwaljanza, konflitti u kriżijiet bħat-tibdil fil-klima, telfien ta' bijodiversità u pandemiji.

Dan bil-għan li jintlaħaq qbil dwar il-bżonn li jiġu indirizzati dawn l-isfidi u tiġi ffirmata dikjarazzjoni dwar viżjoni komuni għall-Multilateral Development Banks (MDBs), ibbażata fuq l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) u li tirrifletti l-Ftehim ta' Pariġi għall-Klima.

Malta flimkien ma' għadd ta' pajjiżi oħra ffirmat id-dikjarazzjoni sabiex tappoġġja l-ħtieġa ta' patt finanzjarju globali ġdid sabiex permezz ta' koperazzjoni u solidarjetà jiġu indirizzati l-isfidi li d-dinja qed tiffaċċja kemm preżentement kif ukoll dawk futuri.

F'din id-dikjarazzjoni l-pajjiżi stqarrew li jemmnu li l-ġlieda kontra l-faqar, il-promozzjoni tal-prosperità kondiviża, u l-impenji biex jiġu indirizzati aħjar l-isfidi globali, iwasslu għal tisħiħ reċiproku.

Dan is-summit intemm b'għan ċar għal dinja fejn il-faqar jiġi eliminat u l-pjaneta ppreservata; fejn il-pajjiżi vulnerabbli jkunu mgħammra aħjar biex jiffaċċjaw il-kriżijiet mit-tibdil fil-klima u l-konflitti. Għalhekk għandha titħaddem strateġija fejn jiġu sfruttati s-sorsi kollha ta' finanzi, inklużi l-assistenza uffiċjali għall-iżvilupp, ir-riżorsi domestiċi, u l-investiment privat.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Malta tappoġġja l-ħtieġa ta’ patt finanzjarju globali ġdid sabiex jiġu indirizzati diversi sfidi li qed tiffaċċja d-dinja, fosthom il-faqar u t-tibdil fil-klima
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Malta tappoġġja l-ħtieġa ta’ patt finanzjarju globali ġdid sabiex jiġu indirizzati diversi sfidi li qed tiffaċċja d-dinja, fosthom il-faqar u t-tibdil fil-klima
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow