Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Klinika tad-dentistrija ġdida f’Għawdex b’apparat tal-ogħla livell u servizzi avvanzati

pr230968
Date Icon 22/06/2023

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, flimkien mal-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima, żaru l-klinika ġdida tad-dentistrija f'Għajnsielem, proġett edukattiv konġunt bejn iż-żewġ Ministeri.

Il-proġett, li mistenni jitlesta fiż-żmien li ġej, se jkun ta' benefiċċju kbir għall-istudenti fil-Fakultà tad-Dentistrija fl-Università ta' Malta, għaliex permezz tiegħu se jkollhom mhux biss esperjenza diretta marbuta mal-istudji akkademiċi tagħhom, imma se jattendu l-klinika matul is-sena akkademika biex joffru servizzi kliniċi lill-pubbliku.

Il-Ministru Clint Camilleri spjega li “f'dan l-ewwel ċentru tad-dentistrija f'Għawdex is-servizz se jiffoka b'mod partikolari fuq it-tfal Għawdxin li darba f'sena se jkollhom check-up f'din il-klinika. B'hekk dan se jservi mhux biss bħala prattika għall-istudenti tal-Università, imma wkoll biex nieħdu ħsieb is-snien tat-tfal tagħna."

Il-Ministru Camilleri kompla jgħid li dan is-servizz se jkun estiż għal persuni b'diżabilità u għall-anzjani, fi klinika li hija mgħammra bl-aħħar teknoloġija, apparat mill-aqwa u li se toffri firxa estensiva ta' servizzi.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Clifton Grima tkellem dwar l-importanza tal-kollaborazzjoni mhux biss bejn il-Ministeri, imma wkoll flimkien mal-entitajiet edukattivi li twassal għal benefiċċji u opportunitajiet lill-istudenti, imma wkoll lis-soċjetà kollha.

“Din il-kollaborazzjoni li qed naraw illum qed twassal biex l-istudenti jitħarrġu f'dak li jkunu qegħdin jistudjaw, imma ta' importanza wkoll li se jingħata servizz eċċellenti mill-istudenti lit-tfal, l-anzjani u l-pubbliku b'mod ġenerali. U din hija dak li rridu naraw mis-settur edukattiv, ħidma għall-ġid tal-istudenti nfushom imma wkoll tal-komunitajiet kollha," qal il-Ministru Grima.

Preżenti għaż-żjara kien hemm ukoll ir-Rettur tal-Università ta' Malta Prof Alfred J. Vella u d-Dekan tal-Fakultà tad-Dentistrija Prof Nikolai J. Attard li tkellmu u spjegaw is-servizzi avvanzati li se jingħataw f'din il-klinika.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Klinika tad-dentistrija ġdida f’Għawdex b’apparat tal-ogħla livell u servizzi avvanzati
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Klinika tad-dentistrija ġdida f’Għawdex b’apparat tal-ogħla livell u servizzi avvanzati
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Klinika tad-dentistrija ġdida f’Għawdex b’apparat tal-ogħla livell u servizzi avvanzati
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow