Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI: Il-Kummissarju Ewropew Nicolas Schmit ifaħħar il-ħidma li qed issir mill-gvern fil-qasam tad-djalogu soċjali

pr230959
Date Icon 21/06/2023

Ix-xogħol li qed isir f'Malta fil-qasam tad-djalogu soċjali ntlaqa' b'sodisfazzjon mill-Kummissarju Ewropew għax-Xogħol u l-Ġustizzja Soċjali, Nicolas Schmit, waqt żjara li qed jagħmel f'pajjiżna fejn iltaqa' mas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul u diversi msieħba soċjali.

Waqt laqgħa li l-Kummissarju Ewropew kellu mas-Segretarju Parlamentari Ellul u l-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku (MCESD), ġie diskuss, fost l-oħrajn, il-progress li sar u li qed isir fid-djalogu soċjali kif ukoll il-pjanijiet ta' pajjiżna fejn jidħlu l-kundizzjonijiet tax-xogħol, id-drittijiet tal-impjegati u l-ekonomija soċjali.

Il-Kummissarju Schmit faħħar u rrikonoxxa l-kisbiet kbar li saru fil-qasam tad-djalogu soċjali f'pajjiżna f'dawn l-aħħar snin. Huwa nnota wkoll b'sodisfazzjon l-attiviżmu li hawn f'pajjiżna fid-djalogu soċjali, kif ukoll faħħar lill-gvern għar-riformi b'saħħithom li qed iwettaq sabiex jilqa' għall-isfidi fid-dinja tax-xogħol.

Is-Segretarju Parlamentari Ellul laqa' b'sodisfazzjon ir-reazzjoni tal-Kummissarju Schmit fejn tenna li pajjiżna miexi fid-direzzjoni t-tajba kemm fuq livell ta' djalogu soċjali kif ukoll għal mod kif qed jilqa' għat-tranżizzjoni diġitali u dik ambjentali fid-dinja tax-xogħol. Saħaq li l-gvern jibqa' kommess li jwettaq il-bidliet neċessarji biex l-ekonomija tibqa' waħda sostenibbli u b'saħħitha filwaqt li jkompli jsaħħaħ id-drittijiet tal-ħaddiema u jibqa' jkun ta' sostenn għal min iħaddem.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI: Il-Kummissarju Ewropew Nicolas Schmit ifaħħar il-ħidma li qed issir mill-gvern fil-qasam tad-djalogu soċjali
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow