Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI: Aktar minn 2,600 first-time buyer se jibdew jirċievu l-ewwel għotja ta’ €1,000 f’sena għal 10 snin

pr230958
Date Icon 21/06/2023

Aktar minn 2,600 first-time buyer li xtraw proprjetà fl-2022, mill-Ħamis 22 ta' Ġunju, se jibdew jirċievu l-ewwel għotja ta' €1,000 fis-sena għal 10 snin.

Dan ħabbru l-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha spjega li fuq medda ta' għaxar snin, għal dawk il-first-time buyers li xtraw proprjetà fl-2022, il-Gvern se jkun qiegħed jinvesti aktar minn €26 miljun.

Il-Ministru Roderick Galdes irrimarka kif fl-aħħar snin il-Gvern investa fis-settur tal-akkomodazzjoni b'mod ħolistiku, fost oħrajn, billi qed ikun ta' spalla b'aktar skemi biex iżjed persuni jsiru sidien ta' darhom. Il-Ministru kkonkluda jgħid li, “Il-housing mhuwiex biss numri u statistiċi, iżda s-serħan il-moħħ li kulħadd ikollu saqaf fuq rasu ħalli jkun jista' jgħix ħajja ta' kwalità u jwettaq l-aspirazzjonijiet u l-ħolm tiegħu."

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Matthew Zerafa qal li, “Illum mhux biss qed naraw is-suċċess ta' din l-iskema bl-ewwel pagamenti li se joħorġu fil-jiem li ġejjin, imma għall-ewwel darba ser inkunu qegħdin nitfgħu dawl fuq il-karatteristiċi ta' dawn il-first-time buyers f'Malta."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI: Aktar minn 2,600 first-time buyer se jibdew jirċievu l-ewwel għotja ta’ €1,000 f’sena għal 10 snin
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI: Aktar minn 2,600 first-time buyer se jibdew jirċievu l-ewwel għotja ta’ €1,000 f’sena għal 10 snin
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow