Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Titnieda l-11-il edizzjoni ta’ Ħondoq by Night – festival għall-familja kollha f’waħda mill-isbaħ bajjiet fil-gżira Għawdxija

pr230950
Date Icon 20/06/2023

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ħabbar li għal sena oħra qed jerġa’ jiġi organizzat il-festival Ħondoq by Night. Fil-fatt, din hija l-11-il edizzjoni ta’ dan il-festival li  se jittella’ nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Lulju mit-8pm ‘il quddiem. 

Il-Ministru  Clint Camilleri rringrazzja lill-organizzaturi fosthom Qala Saints FC, il-kunsill lokali u l-Ministeru għat-Turiżmu u l-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża li flimkien mal-Ministeru għal Għawdex għal sena oħra se jtellgħu dan l-avveniment li jiġbed eluf ta’ nies lejn waħda mill-isbaħ bajjiet fil-gżira Għawdxija. 

“Il-Ministeru għal Għawdex kull sena jkun fuq quddiem nett biex jgħin finanzjarjament sabiex jittellgħu bosta attivitajiet li  jattiraw viżitaturi lejn Għawdex filwaqt li jiġġeneraw turiżmu intern. Kommessi li nkomplu nissapportjaw dawn l-avvenimenti u nsaħħuhom sabiex Għawdex jibqa’ jkun l-għażla naturali ta’ bosta matul is-sena kollha,” tenna l-Ministru Camilleri.

Il-line up ta’ Ħondoq by Night Festival 2023 se jinkludi wħud mill-aqwa artisti lokali, fosthom Cash & Band ft. Sean Kamati, Tenishia, Perez, Nikki u Darco. Dan filwaqt li bħalma jsir kull sena dan l-avveniment se jerġa’ jkun ħieles mill-plastik bil-għan li jiġi protett l-ambjent marittimu.

Il-Ministru Clint Camilleri temm billi ħeġġeġ lill-familji kollha sabiex jattendu għal din l-attività li minn sena għall-oħra qiegħda tkompli żżid fis-suċċess tagħha.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Titnieda l-11-il edizzjoni ta’ Ħondoq by Night – festival għall-familja kollha f’waħda mill-isbaħ bajjiet fil-gżira Għawdxija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Titnieda l-11-il edizzjoni ta’ Ħondoq by Night – festival għall-familja kollha f’waħda mill-isbaħ bajjiet fil-gżira Għawdxija
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow