STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX: Jitnieda l-programm Summer in Gozo – diversi attivitajiet kulturali, artistiċi u mużikali għal dan is-sajf f’Għawdex
Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri nieda l-programm Summer in Gozo li jinkludi kalendarju kulturali estensiv b'diversi attivitajiet għall-perjodu tas-sajf fil-gżira Għawdxija.
Għal sena oħra, id-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex ħaseb biex itella' attivitajiet kulturali, artistiċi u mużikali matul il-ġranet kollha tas-sajf sabiex Għawdex jerġa' jkun l-għażla naturali ta' bosta Maltin u turisti.
“Permezz ta' dan il-kalendarju kulturali se jkollna tliet xhur b'diversi avvenimenti f'kull rokna tal-gżira. L-attivitajiet ivarjaw u żgur li se joffru divertiment għall-familja kollha," tenna l-Ministru Camilleri.
Żied jgħid li minn sena għall-oħra, il-Ministeru għal Għawdex jieħu ħsieb li joffri kullana ta' attivitajiet madwar Għawdex kollu kemm għar-residenti kif ukoll għal dawk kollha li jiġu jgawdu s-sbuħija naturali ta' Għawdex u b'hekk ikunu jistgħu wkoll jipparteċipaw fil-kultura u fit-tradizzjonijiet uniċi ta' din il-gżira.
Kull min hu interessat jara l-programm kollu ta' Summer in Gozo jista' jidħol fuq https://issuu.com/visitgozo/docs/summer_booklet_2023?fr=sNmE4NTk0OTE2
Għal aktar informazzjoni dwar l-attivitajiet f'Għawdex wieħed jista' jżur is-sit https://eventsingozo.com/
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en