Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA: Follow-up audits report 2023 issued by the National Audit Office

pr230946
Date Icon 19/06/2023

Għas-seba’ sena konsekuttiva, l-Awditur Ġenerali, Charles Deguara, ippreżenta lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati l-ewwel volum b’ġabra ta’ disa’ rapporti ta’ segwitu għas-sena 2023. 

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) għal darb’oħra identifika numru ta’ verifiki li saru fl-aħħar snin bl-iskop li jevalwa jekk ir-rakkomandazzjonijiet rispettivi ġewx implimentati. Naturalment, kif inhu mistenni, kull istituzzjoni nazzjonali tal-verifika għandha jkollha mekkaniżmu li jassigura li r-rakkomandazzjonijiet jitwettqu fi żmien raġonevoli, sabiex dan iwassal għal titjib fil-governanza.

Sabiex ikun iddeterminat jekk sarx progress fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, saret analiżi ta’ dawn il-Verifiki ta’ Natura Finanzjarja u ta’ Konformità f’dawn l-oqsma:

• Rifużjonijiet mill-Iskema tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea

• Teatru Manoel 

• Pensjoni tal-Età

• Aġenzija tal-Infurzar Lokali 

• Aġenzija għall-Ħarsien tal-Persuni li jkunu qed ifittxu l-Ażil

• Awtorità Maltija għat-Turiżmu

• Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta

• Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija 

• Awtorità tal-Ippjanar

L-eżerċizzju li sar din is-sena jindika li 72% tar-rakkomandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali ġew indirizzati jew b’mod sħiħ, parzjalment, jew qegħdin fil-proċess li jiġu mwettqa mill-entitajiet konċernati, filwaqt li 28% ma ġewx indirizzati jew ftit li xejn kien hemm progress fuqhom. Ir-rapport juri wkoll il-persentaġġ ta’ rakkomandazzjonijiet implimentati għal kull entità rispettiva. 

Aċċess għal dan ir-rapport mis-sit uffiċjali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika www.nao.gov.mt kif ukoll mill-paġna tal-Facebook www.facebook.com/NAOMalta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow