STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-aħħar preparamenti għall-kunċert “The Russell Crowe’s Indoor Garden Party”
Kollox jinsab lest biex għada filgħaxija jitella' l-kunċert mużikali “The Russell Crowe's Indoor Garden Party" fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta.
Dan l-avveniment ser jara r-ritorn tal-artist internazzjonali Russell Crowe u l-band mużikali tiegħu bis-sehem ta' The Gentlemen Barbers, Janet Devlin, Lorraine O'Reilly u l-artisti lokali Ivan Grech, Ira Losco u Beth.
L-istorja ta' Russell Crowe f'Malta rat il-bidu tagħha fi snin disgħin meta l-istess attur kellu l-irwol prinċipali ta' Maximus Decimus Meridius fil-film internazzjonali Gladiator.
Dawn id-dettalji tħabbru f'konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo fil-preżenza ta' Russell Crowe, il-Kummissarju tal-Films Johann Grech u l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Carlo Micallef.
Il-Ministru Clayton Bartolo rrimarka li dan l-avveniment huwa turija ċara ta' kemm pajjiżna qiegħed joffri iżjed attrazzjonijiet għat-turisti u anke l-poplu inġenerali fil-Belt Valletta. “L-għan tagħna jibqa' dak li nkomplu noffru esperjenza ta' kwalità. Il-fatt li għandna persuna ta' fama mondjali bħal Russell Crowe f'pajjiżna huwa xhieda ċara ta' kemm nemmnu li l-prodott turistiku tagħna għandu jkun inkorporat bl-aqwa u l-aħjar riżorsi possibbli," kompla jgħid il-Ministru Clayton Bartolo.
Huwa temm jgħid li mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li dan is-sajf ser ikun pożittiv ferm għas-settur turistiku. Dan huwa indikat mill-bookings li diġà saru kemm mal-linji tal-ajru u anke mal-istabbilimenti tal-ospitalità.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en