STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI U X-XOGĦOL Riżultat tal-ħruġ tat-62+ Savings Bond tal-Gvern ta’ Malta – Ħruġ 2023 maħruġ permezz ta’ offerta ta’ rollover
Id-Dipartiment tat-Teżor iħabbar ir-riżultat tal-Offerta tar-Rollover li tnidiet fis-26 ta' Mejju 2023 permezz ta' Stqarrija għall-Istampa Nr. PR230796, fejn Detenturi eliġibbli tat-62+ MGSB – Ħruġ 2018 (Bond li ser jimmatura), kienu offruti l-opportunità sabiex iġeddu dan l-investiment fil-Bond il-Ġdid tat-62+ MGSB – Ħruġ 2023 (Bond Ġdid), fid-data tal-maturità tal-Bond.
Kien hemm 12,608 detentur li b'kollox jammontaw is-somma nominali ta' €85,971,100 li kienu eliġibbli li japparteċipaw f'din ir-rollover. Minn dan l-ammont, it-Teżor irċieva 10,249 applikazzjoni li b'kollox jammontaw is-somma nominali ta' €70,092,200, mingħand detenturi li għażlu li jġeddu dan l-investiment li ser jimmatura fil-Bond il-Ġdid tat-62+ MGSB – Ħruġ 2023. Id-data effettiva tat-transazzjoni ser tkun id-19 ta' Ġunju 2023:
| Numru ta' Detenturi | Ammont Nominali (€) | |
Bond li ser Jimmatura 62+ MGSB – Ħruġ 2018 Detenturi Eliġibbli | 12,608 | 85,971,100 |
Bond Ġdid Detenturi eliġibbli li għażlu li jġeddu l-investiment fit- 62+ MGSB – Ħruġ 2023 | 10,249 | 70,092,200 |
It-termini tal-Bond il-Ġdid huma simili għat-termini u kundizzjonijijet tal-Bond li ser Jimmatura ħlief għar-rata tal-imgħax, li ser tkun ta' 3.60% fis-sena għal 5 snin li ser jimmatura fl-2028.
Aktar tagħrif u informazzjoni jinsabu fir-Riżultati tal-Ħruġ tal-MGSB li ġew ippubblikati fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor www.treasury.gov.mt.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en