STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR
Il-proċess ta’ regolarizzazzjoni huwa stabbilit minn regoli li ilhom jitħaddmu sa mill-2016. Il-proċedura stabbilita għar-regolarizzazzjoni tagħti parametri ċari dwar min jista’ jkun eliġibbli għal dan il-proċess u hija soġġetta għal proċess trasparenti u miftuħ.
Minn dan il-proċess ta’ regolarizzazzjoni, kien hemm 18,400 familja li kellhom il-ħtieġa li jirrikorru għal din il-proċedura u li b’hekk irregolarizzaw il-pożizzjoni tal-proprjetà tagħhom. Il-gvern issa qed iwessa’ l-parametri biex aktar familji jkunu eliġibbli għal din il-proċedura ta’ regolarizzazzjoni tal-proprjetà tagħhom.
Għal darb’oħra, l-Oppożizzjoni trid tingħoġob ma’ setturi differenti mingħajr ma tagħraf li l-piż ta’ deċiżjoni jkun sensibbli. Filwaqt li l-Oppożizzjoni ma opponietx għall-proċess ta’ regolarizzazzjoni, ressqet emenda biex tiddaħħal proċedura li biha jinħolqu policies meta l-liġi tal-ippjanar diġà tipprovdi għall-mod kif jitfasslu policies tal-ippjanar.
Għalhekk dak li qed tgħid l-Oppożizzjoni mhuwiex legalment sostenibbli fid-dawl tal-liġi eżistenti u tal-iskop tal-proċess ta’ regolarizzazzjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en