Left arrow Mur Lura

AVVIŻ MID-DIRETTORAT TAS-SAĦĦA AMBJENTALI

pr230922
Date Icon 15/06/2023

Id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika javża li sakemm joħroġ avviż ieħor, l-għawm mhux irrakkomandat f’B12 Font Għadir Sliema, minħabba żbroff tad-drenaġġ li jaffettwa l-kwalità tal-ilma għall-għawm u jippreżenta riskju għas-saħħa tal-għawwiema. L-Uffiċjali tas-Saħħa Ambjentali qed jinvestigaw biex jiddeterminaw is-sors tal-overflow tad-drenaġġ. Il-perjodu tal-kontaminazzjoni ma jistax jiġi mbassar f’dan l-istadju.

Tabella 1: B12 (mehmuża)

Tabelli li jindikaw iż-żona ġew imwaħħla kif indikat f’Tabella 1. It-tabelli se jitneħħew meta l-kwalità tiġi lura għan-normal u toħroġ stqarrija oħra fejn tinnotifika lill-pubbliku li ż-żona hija tajba għall-għawm.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku huwa ġentilment mitlub jikkuntattja lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa bejn is-7:30a.m. u t-3:00p.m. fuq 21337333, jew billi jżur l-uffiċċji tagħha f’Continental Business Centre, Old Railway Track, Sta Venera jew b’email fuq wrau.ehd@gov.mt.

Il-pubbliku qed jiġi mistieden ukoll iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook fuq http://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626  jew iżur is-sit https://healthservices.gov.mt/en/environmental/Health-Inspectorate/WRAU/Pages/Bathing-Water-Press-Releases.aspx.

AVVIŻ MID-DIRETTORAT TAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow