Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Imfakkar l-irwol importanti tal-missier fil-familja Maltija

PR230915
Date Icon 15/06/2023

Is-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza fakkar Jum il-Missier b'diskussjoni pubblika li serviet ta' riflessjoni dwar ir-realtajiet u l-isfidi li l-missirijiet qed jiffaċċjaw f'dawn iż-żminijiet.

Fost it-temi diskussi, kien hemm dik dwar il-ħtieġa dejjem tikber biex ikun hemm il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja u l-importanza tal-preżenza u s-sehem attiv tal-missier fit-trobbija tat-tfal. Ġew indirizzati wkoll il-preġudizzji jew stigma li kien hemm fl-imgħoddi jekk raġel jagħmel xogħol li tradizzjonalment kien isir min-nisa.

Fl-intervent tagħha, is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg saħqet li qatt daqs illum ma hemm il-ħtieġa ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja. Hija qalet li dawn huma essenzjali anke għaliex ir-rata ta' parteċipazzjoni tal-mara fl-età bejn il-ħmistax u l-erbgħa u sittin sena fl-ekonomija hija ta' aktar minn 72% skont statistika maħruġa mill-NSO, li hija rata aħjar mill-medja Ewropea.

“Il-kunċett tal-work-life balance u l-qsim tar-responsabiltajiet bejn il-mara u r-raġel fl-unità tal-familja, qatt daqs illum ma kien daqstant essenzjali. Il-gvern introduċa sensiela ta' miżuri family-friendly għall-ħaddiema biex jippromovi l-work-life balance. Fosthom, il-leave tal-maternità u tal-paternità , il-flexi hours, ir-reduced hours u t-teleworking huma wħud mill-miżuri li jindirizzaw l-isfidi li jinħolqu biex ikun hemm work-life balance ġust għal missirijiet u l-ommijiet tagħna. Hekk biss nistgħu tassew naslu għal ugwaljanza fis-soċjetà," qalet is-Segretarju Parlamentari Buttigieg.

Matul din il-konferenza kien hemm ukoll diversi membri li jirrappreżentaw għaqdiet mhux governattivi, inkluż rappreżentanti mill-għaqda Nanniet Malta, rappreżentanti tal-unjins tal- ħaddiema, u negozjanti.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Imfakkar l-irwol importanti tal-missier fil-familja Maltija
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Imfakkar l-irwol importanti tal-missier fil-familja Maltija
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow