Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ

pr230910
Date Icon 14/06/2023

Dawn iż-żewġ proġetti huma parti minn investiment totali ta' €15-il miljun taħt il-Fond Ewropew għas-Sajd Marittimu u l-Akwakultura

Bħala parti minn investiment taħt il-Fond Ewropew għas-Sajd Marittimu u l-Akwakultura (EMFAF), il-gvern nieda  żewġ proġetti konġunti li ser jixprunaw qabża fl-effettività u t-trasparenza fis-settur tas-sajd u l-akwakultura ġewwa pajjiżna, u ser ikunu ta' għajnuna kbira għas-sajjieda u għall-operaturi kollha Maltin u Għawdxin.

Dawn id-dettalji tħabbru waqt konferenza tal-aħbarijiet mis-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said  u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett.

Fl-ewwel proġett, id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura se jkun qed jiżviluppa sistema ta' Informazzjoni Integrata tas-Sajd (FIIS). Din ser tippermetti lid-dipartiment jiġbor u jipproċessa informazzjoni fuq is-sajd f'ħin reali. Is-sistema se tiżgura t-trażmissjoni ta' statistika l-iktar aġġornata bejn is-sajjieda, l-uffiċjali tad-dipartiment u l-korpi esterni inkluż il-Kummissjoni Ewropea u organizzazzjonijiet oħra. Dan se jsaħħaħ il-funzjoni u l-effiċjenza tad-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura.

It-tieni proġett, DC-MAP, huwa ffukat fuq it-trawwim ta' sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi akkwatiċi permezz ta' informazzjoni affidabbli. B'investiment ta' €3.15 miljun, ko-finanzjati mill-UE, is-sezzjoni tar-Riċerka dwar is-Sajd (FRU) fi ħdan id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura se tiżgura li tiġbor evidenza xjentifika u tipprovdi pariri siewja għat-teħid effettiv ta' deċiżjonijiet fl-immaniġġjar tas-sajd.

B'dawn iż-żewġ proġetti, il-gvern ser ikompli jagħti serħan ta' moħħ lis-sajjied Malti, li ser ikollu aċċess għal statistika l-iktar trasparenti u aġġornata tas-suq tas-sajd f'Malta.

Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said iddeskriviet l-impatt ta' dan ir-rappurtaġġ trasparenti bħala ċavetta biex jinkisbu aktar suċċessi, li minnu jibbenefika l-poplu Malti u Għawdxi kollu. “F'dak kollu li qed inwettqu, qegħdin nassiguraw setturi li huma sostenibbli kemm ekonomikament, kif ukoll ambjentalment. Irridu nassiguraw li d-deċiżjonijiet li nieħdu ta' kuljum jkunu abbażi ta' stampa aktar ċara tal-ekoloġija marittima madwarna," tenniet is-segretarju parlamentari filwaqt li saħqet li l-għan tal-gvern hu li jkompli ikun it-tarka tas-sajjieda u operaturi Maltin kollha.

“Il-legat ta' dawn iż-żewġ proġetti huwa li jkollna sajd sostenibbli, li nkomplu ngħinu fir-restawr tar-riżorsi bijoloġiċi akwatiċi, u li nintroduċu mezzi ta' infurzar iktar effiċjenti. Għaldaqstant dan ser iwassal biex inkomplu nassiguraw l-aċċessibilità futura għall-ħut f'livelli sostenibbli, u ser inkunu nistgħu nżommu l-prezzijiet tal-ħut affordabbli għal kull Malti u Għawdxi, f'kull staġun tas-sena," temmet tgħid Bugeja Said.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Chris Bonett qal li grazzi għal dan l-investiment se jkun qed jitrawwem tkabbir ekonomiku blu sostenibbli, se tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-settur tas-sajd, u se tiġi faċilitata t-tranżizzjoni ekoloġika tas-settur.

“Hekk kif ħabbarna lura f'Jannar, waqt it-tnedija tal-pakkett il-ġdid tal-Fondi Ewropej, il-fond tas-sajd u l-akwakultura ser jitla' għal €33 miljun u l-oqsma msemmija se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn dawn il-fondi. Permezz ta' dan il-programm ser inkunu qed infitxxu interventi li jiżguraw li s-settur tas-sajd ikun ekonomikament vijabbli u reżiljenti għal xokkijiet esterni u għall-kompetizzjoni minn pajjiżi terzi," temm jgħid Chris Bonett.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow