Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Konferenza tal-Kunsill tal-Ewropa f’Malta tiddiskuti t-tranżizzjoni fis-suq tax-xogħol

pr230908
Date Icon 14/06/2023

Ir-rata mgħaġġla ta’ tranżizzjoni fis-suq tax-xogħol, u l-impatt soċjali u ekonomiku li qed tħalli fuq kull pajjiż, kienu l-qofol tad-diskussjonijiet li saru waqt konferenza tal-Kunsill tal-Ewropa bit-titlu “Transition of Jobs: Changing Labour Markets and the Impact on Social Cohesion.” Din il-konferenza kienet imtella’ mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal flimkien mal-Kumitat għad-Drittijiet Umani u għall-Koeżjoni Soċjali fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa.

L-għan ta’ din il-konferenza kien li jiġu diskussi modi ta’ kif jista’ jintlaħaq bilanċ bejn l-avvanz teknoloġiku u l-ħiliet ta’ ħaddiema fuq il-post tax-xogħol. Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon u s-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul kienu fost il-kelliema waqt din il-konferenza, li għaliha attendew numru ta’ ministri Ewropej u professjonisti li jaħdmu fil-qasam. 

Matul il-konferenza ġew diskussi realtajiet ġodda bħat-trasformazzjoni diġitali, l-intelliġenza artifiċjali u kif elementi teknoloġiċi bħal dawn jistgħu jħallu impatt pożittiv f’perjodu qasir. Madankollu kien enfasizzat li l-bniedem għandu jibqa’ fiċ-ċentru ta’ kollox, kemm f’dak li għandu x’jaqsam mas-suq tax-xogħol u bidliet oħra li jistgħu jittrasformaw mudelli ekonomiċi oħra. Issemmiet ukoll l-importanza ta’ miżuri soċjali li jaċċertaw koeżjoni u mobilità soċjali, fejn kulħadd ikollu ċ-ċans li javvanza ‘l quddiem. 

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Michael Falzon enfasizza li din it-tranżizzjoni għandha tkun ibbażata madwar il-bżonn tas-soċjetà kollha fejn għandha tingħata prijorità lejn dawk li jistgħu jbatu l-aktar minn żvilupp mgħaġġel.

“Qed niltaqgħu ma’ policymakers u stakeholders barranin ukoll sabiex niddiskutu flimkien u nkomplu nwettqu din it-tranżizzjoni li magħha ġġib orizzonti ġodda,” stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul tkellem dwar il-bidla li qed issir fid-dinja tax-xogħol minħabba diversi fatturi fosthom il-qalba diġitali u dik ambjentali. Huwa tenna li għalkemm din it-tranżizzjoni ġġib magħha ċertu sfidi, meta wieħed jikseb il-ħiliet meħtieġa ikun jista’ jikseb livell ta’ produttività aħjar li twassal għal għajxien u dħul aħjar. 

Is-segretarju parlamentari appella biex l-imsieħba soċjali jieħdu rwol ewlieni billi jassistu lill-ħaddiema u lin-negozji fil-promozzjoni tal-innovazzjoni fuq il-post tax-xogħol. Tenna li l-gvern kommess li jkompli jaħdem mal-imsieħba soċjali biex jiġu identifikati dawk il-ħiliet li hemm bżonn sabiex il-ħaddiema jingħataw it-taħriġ meħtieġ. Dan kollu ikun qiegħed jilqa’ għal din il-bidla li qed issir fid-dinja tax-xogħol mhux biss fuq livell lokali imma anke dak internazzjonali. 

“L-għan tal-gvern huwa li bħala pajjiż jibqa’ jkollna ekonomija b’saħħitha u li ngħarfu nibqgħu niddiversifikaw u niġġeneraw l-ekonomija biex igwadu minn dan is-suċċess kemm min jinvesti f’pajjiżna kif ukoll il-ħaddiema tagħna,” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Ellul.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Konferenza tal-Kunsill tal-Ewropa f’Malta tiddiskuti t-tranżizzjoni fis-suq tax-xogħol
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Konferenza tal-Kunsill tal-Ewropa f’Malta tiddiskuti t-tranżizzjoni fis-suq tax-xogħol
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Konferenza tal-Kunsill tal-Ewropa f’Malta tiddiskuti t-tranżizzjoni fis-suq tax-xogħol
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow