STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA
B'referenza għal PR230901 dwar għoti ta' midalji għal servizz twil u effiċjenti lil 72 uffiċjal u eks uffiċjal tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi, ġiet miġbuda l-attenzjoni tal-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, li fost il-persuni li ngħataw din il-midalja kien hemm persuna li bħalissa għaddejja bi proċeduri fil-Qorti.
Minnufih il-ministru ta ordni lill-uffiċjal kap eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi sabiex hi titneħħa minn fuq il-lista li ser tkun ippubblikata fuq il-Gazzetta tal-Gvern u n-nominazzjoni tagħha għalhekk tkun sospiża pendenti l-proċeduri fil-Qorti.
Il-ministru talab ukoll lis-segretarju permanenti fi ħdan il-ministeru sabiex jeżamina kif sar dan il-proċess u jieħu d-deċiżjonijiet li jidhirlu li huma xierqa.
Stqarrijiet Oħra:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en