Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA 72 uffiċjal u eks uffiċjal tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi jingħataw il-midalja tas-servizz twil u effiċjenti

PR230901
Date Icon 13/06/2023

72 uffiċjal u eks uffiċjal fi ħdan l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi ngħataw rikonoxximent għas-servizz twil u effiċjenti tagħhom fi ħdan l-aġenzija. Minn dawn it-72 uffiċjal; 44 ħadu midalja ta' 18-il sena servizz; 51 minnhom ħadu wkoll clasp tal-25 sena servizz u 6 ħadu clasp tat-30 sena servizz.

Ir-rikonoxximent tqassam mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri, fil-preżenza tal-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi, Christopher Siegersma, fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, nhar it-Tnejn filgħaxija.

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Camilleri qal li karriera fl-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi mhix xogħol kwalunkwe, iżda vokazzjoni li tista' twassal għal sodisfazzjon li ma jagħtikx rwol ieħor. Tenna li l-irwol tagħhom mhuwiex biss ta' sigurtà iżda wkoll li bl-għemil tagħhom iservu biex b'kelma tajba jgħarrfu t-triq it-tajba lil dawk li qed jiskontaw sentenza. Dan flimkien ma' xogħol importanti li qed isir sabiex isir tentattiv ġenwin biex persuni sentenzjati jirritornaw fis-soċjetà riformati.

“Intom l-aktar nies ta' esperjenza u llum proprju qed tiġu ppremjati għall-esperjenza tagħkom. Wieħed jistenna' li tgħaddu t-tajjeb li għamiltu lil dawk ġodda fostkom u lil dawk li għad iridu jingħaqdu magħkom. Għaddulhom il-valuri tajbin u l-mod tajjeb kif wieħed jaħdem. Min-naħa tagħna se nwegħdukom li ser nibqgħu ninvestu fikom anke fejn jidħlu kundizzjonijiet, bħalma tafu kollha gawdejtu mill-ftehim kollettiv, filwaqt li nibqgħu nbidlu fejn meħtieġ. Komplu aħdmu favur riabilitazzjoni ġenwina," temm jgħid il-Ministru Camilleri.

Il-Kap Eżekuttiv Christopher Siegersma qal li l-ħabsijiet mhumiex sempliċiment faċilitajiet biex jilqgħu fihom lil min iwettaq reat, iżda opportunità biex jiġu riformati u riabilitati biex isiru membri aħjar tas-soċjetà. Qal li huwa importanti li wieħed jiftakar li l-persuni fil-ħabs li qegħdin fil-kura tal-uffiċjali huma bnedmin li jeħtieġu kompassjoni, speċjalment fi żmien fejn huma vulnerabbli.

“Irridu nirrikonoxxu li intom is-sinsla ta' din l-aġenzija, u huma l-isforzi bla heda tagħkom li jagħmlu differenza fil-ħajja ta' dawk fil-kura tagħna. Filwaqt li nwegħdkom l-appoġġ kontinwu, se nkompli niżgura li jkollkom ir-riżorsi meħtieġa biex twettqu d-dmirijiet tagħkom bl-aħjar mod possibbli," temm jgħid is-Sur Siegersma. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA 72 uffiċjal u eks uffiċjal tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi jingħataw il-midalja tas-servizz twil u effiċjenti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA 72 uffiċjal u eks uffiċjal tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi jingħataw il-midalja tas-servizz twil u effiċjenti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA 72 uffiċjal u eks uffiċjal tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi jingħataw il-midalja tas-servizz twil u effiċjenti
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA 72 uffiċjal u eks uffiċjal tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi jingħataw il-midalja tas-servizz twil u effiċjenti
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow