Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Titnieda konsultazzjoni pubblika dwar Assisted Tracking Devices

pr230899
Date Icon 13/06/2023

Il-Ministeru għall-Anzjanità Attiva nieda konsultazzjoni pubblika dwar Assisted Tracking Devices fuq bażi volontarja, bil-għan li jgħin individwi dipendenti u vulnerabbli, bħal individwi li għandhom id-dimensja, li jsibu ruħhom f’diffikultà u jkunu jirrikjedu xi tip t’għajnuna immedjata. Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Anzjanità Attiva, Jo Etienne Abela.

Ġie spjegat kif waħda mill-effetti tad-dimensja hi li persuna titlef l-orjentazzjoni ta’ fejn qiegħda u taf issibha diffiċli li terġa’ tmur lura f’ambjent familjari. Stqarr li għalkemm il-mobile huwa sistema ta’ ‘tracking’, dan jista’ jintefa, jintilef jew ikun diffiċli biex jiġi operat. Huwa spjega li għaldaqstant jeżistu għażla vasta ta’ apparat li jistgħu jgħinu f’dan ir-rigward, u ħafna minn dan l-apparat jinkludi wkoll diversi funzjonijiet bħal dik ta’ tele-mediċina, fejn l-apparat jagħraf u jirrekordja parametri vitali (bħal pressjoni tad-demm u livell taz-zokkor) kif ukoll imġieba mhux tas-soltu li tista’ tfisser bidu ta’ kriżi fl-individwu. 

Il-Ministru Abela tenna li l-iskop ta’ din il-konsultazzjoni pubblika hi li tinġabar l-opinjoni tal-individwi, il-familjari tagħhom u l-professjonisti li jaħdmu f’dan is-settur. Kompla li hemm bosta pajjiżi li introduċew dan l-apparat fosthom ir-Renju Unit, il-Ġermanja, l-Iskandinavja, l-Italja, l-Isvizzera, l-Amerika u s-Slovakkja. Hawnhekk semma li l-Gvern Slovakk stieden lil Malta sabiex iżżur reġjun fejn qed jintuża dan l-apparat sabiex jara l-benefiċċji ta’ dan is-servizz.

Il-Ministru temm jgħid li filwaqt li japprezza t-tħassib u l-preġudizzji dwar privatezza, etika u sigurtà diġitali, jemmen li l-benefiċċji ta’ sistemi bħal dawn m’għandhomx jiġu mwarrba. Għalhekk il-Ministeru jistieden u jawgura diskussjoni miftuħa dwar dan is-suġġett.

Il-pubbliku huwa mistieden jirreġistra l-fehma tiegħu fuq is-sit elettroniku publicconsultation.gov.mt sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Lulju 2023. Jista’ wkoll jibgħat email fuq: onlineconsultations@gov.mt.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Titnieda konsultazzjoni pubblika dwar Assisted Tracking Devices
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow