Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Titnieda t-tieni edizzjoni tal-Malta Business Awards

PR230894
Date Icon 12/06/2023

L-applikazzjonijiet miftuħin sal-31 ta' Lulju fuq maltabusinessawards.mt

Wara s-suċċess tal-ewwel edizzjoni, illum ġiet varata t-tieni edizzjoni tal-Malta Business Awards li qed tittella' mill-Malta Chamber of SMEs b'kollaborazzjoni mal-Malta Enterprise u l-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża.

L-applikazzjonijiet huma miftuħa sal-31 ta' Lulju.

It-tnedija saret mill-Ministru għall-Intrapriża Miriam Dalli flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia, il-President tal-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji Paul Abela u l-Kap Eżekuttiv Abigail Agius Mamo.

Il-Ministru Miriam Dalli qalet li t-tkabbir ekonomiku huwa mmexxi mid-dedikazzjoni u x-xogħol iebes tal-intrapriżi f'pajjiżna.

“Dan għandu jkun ukoll mument li jservi ta' ispirazzjoni lill-intrapriżi tagħna biex ikunu iktar sostenibbli, diġitali, jaqdu l-ħtiġijiet tal-klijenti tagħhom u  jassiguraw il-kompetittività. Irridu li kull negozju f'Malta jilħaq u jaqbeż il-miri tiegħu stess fejn is-servizzi u l-prodotti li jiġu offruti jkunu ta' eċċellenza, li mhux iservu lill-klijenti f'pajjiżna biss, imma anke barra minn xtutna," qalet il-Ministru Dalli.

Kompliet li l-Malta Business Awards iservu biex juruna l-istejjer ta' suċċess, fejn wieħed jitgħallem mingħand l-ieħor. “Fuq kollox huma opportunità biex kull intrapriża tara kif se ttejjeb s-servizz u l-proċessi tagħha," temmet tgħid il-Ministru Dalli.

Minn naħa tagħha, il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji Abigail Agius Mamo ħeġġet lin-negozji biex sal-31 ta' Lulju japplikaw għall-Malta Business Awards fuq is-sit www.maltabusinessawards.mt . Agius Mamo spjegat li l-kumpaniji jistgħu japplikaw għal aktar minn award wieħed. Ħabbret ukoll li l-ewwel kumpaniji magħżula ser jitħabbru fil-11 ta' Settembru u l-finalisti ser jitħabbru fit-30 ta' Ottubru. Is-serata finali se ssir fl-1 ta' Diċembru 2023.

Għal aktar informazzjoni dwar il-Malta Business Awards wieħed jista' jżur www.maltabusinessawards.mt.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Titnieda t-tieni edizzjoni tal-Malta Business Awards
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Titnieda t-tieni edizzjoni tal-Malta Business Awards
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Titnieda t-tieni edizzjoni tal-Malta Business Awards
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow