Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Investiment għat-titjib fl-aċċess għal żoni rurali fil-Għargħur

pr230883
Date Icon 09/06/2023

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett, ħabbar li tlesta l-proġett ta' titjib tal-aċċess għal żoni rurali fil-Għargħur, b'investiment ta' madwar €190,000.

It-toroq li fihom sar ix-xogħol permezz ta' dan il-proġett kofinanzjat minn fondi Ewropej huma: Sqaq ix-Xgħajrat, Sqaq iċ-Ċawl, Sqaq il-Qiegħed, Triq Santa Marija taż-Żellieqa, Sqaq Madonna taż-Żellieqa u Sqaq il-Ferħa. Il-proġett kien jinvolvi t-tqaxxir u t-tqegħid mill-ġdid tal-asfalt fit-toroq imsemmija.

Il-Ministru Anton Refalo spjega li dan il-proġett huwa ferm importanti għall-bdiewa li jaħdmu l-għelieqi fiż-żoni fejn saru l-interventi. Tenna li permezz ta' dan il-proġett il-gvern qed ikompli jżomm kelmtu mal-bdiewa. 

“It-toroq imsemmija kienu jinsabu fi stat ħażin ħafna fejn kienu qed jostakolaw l-aċċess għall-għelieqi tal-bdiewa, b'mod partikolari biex idaħħlu t-tagħmir u l-makkinarju meħtieġ għal ħidma aktar effiċjenti u produttiva. Għaldaqstant, dan il-proġett se jservi wkoll ta' benefiċċju ambjentali għaliex jista' jsir xogħol aħjar u b'teknoloġiji u b'makkinarju ġdid li huwa ta' inqas ħsara għall-ambjent. Barra minn hekk, permezz tat-titjib fl-aċċess hemm il-possibbiltà li tintuża aktar art li ma kinitx aċċessibbli."

Il-Ministru Anton Refalo temm jgħid li permezz tal-pakkett ta' fondi Ewropej, il-gvern ser ikompli jkun ta' spalla mal-bdiewa, mar-raħħala u mas-sajjieda b'diversi għajnuniet diretti. Huwa wasslilhom messaġġ biex jagħmlu użu minn dawn il-fondi u jkomplu jmexxu 'l quddiem is-settur tal-agrikoltura u tas-sajd f'pajjiżna.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Bonett spjega li bl-intervent ta' fondi Ewropej taħt Miżura 4.3 tal-programm ta' Żvilupp Rurali 2014-2020, qed jingħata appoġġ biex tiġi pprovduta l-infrastruttura meħtieġa biex tiffaċilita l-iżvilupp tas-settur agrikolu. Huwa żied jgħid li din il-miżura, li għandha baġit allokat ta' madwar €22.5 miljun, ser tkun qed tiffinanzja 36 proġett li jirriżulta f'titjib totali ta' 160 triq rurali.

“Il-proġett li qed inżuru llum, immirat lejn l-aċċessibilità taż-żoni rurali madwar il-Għargħur, jindika tragward ieħor fl-impenn ta dan il-gvern biex insaħħu l-infrastruttura relatata mal-iżvilupp, il-modernizzazzjoni, u l-adattament tal-agrikoltura. Dan il-proġett, li tlesta u li minnu diġà qed jibbenefikaw il-komunità tal-biedja kif ukoll in-nies tal-lokal, ra t-titjib ta' sitt toroq rurali permezz ta' fondi Ewropej," temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Bonett.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Investiment għat-titjib fl-aċċess għal żoni rurali fil-Għargħur
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Investiment għat-titjib fl-aċċess għal żoni rurali fil-Għargħur
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow