Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU VisitMalta b’inċentiv ta’ €10,000 għal kull stadju li javvanza tim Malti tal-futbol fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-kompetizzjonijiet Ewropej

PR230879
Date Icon 09/06/2023

F'dawn l-aħħar snin VisitMalta appoġjat lit-timijiet tal-futbol lokali li jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet uffiċjali tal-UEFA permezz ta' inċentiv finanzjarju ta' €10,000. Għal din is-sena, l-inċentiv ser jiżdied hekk kif kull tim individwali għandu l-potenzjal li jibbenefika minn €10,000 oħra għal kull stadju li javvanza fil-kompetizzjoni rispettiva.

It-timijiet li ser jikkompetu huma Ħamrun Spartans Football Club fil-fażi ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League, Birkirkara Football Club, Gżira United Football Club u Balzan Youths Football Club fil-fażi ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa Conference League kif ukoll it-tim tan-nisa ta' Birkirkara fil-UEFA Women Champions League.

It-timijiet imsemmija ser ikollhom il-brand VisitMalta fuq il-kit li ser jilagħbu bih fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA.

Dawn id-dettalji tħabbru f'konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo fil-preżenza tal-uffiċjali tal-klabbs rispettivi.

Il-Ministru Clayton Bartolo rrimarka kif iż-żieda fl-inċentiv għat-timijiet lokali li ser jikkompetu fit-turnej tal-UEFA huwa turija ċara ta' kemm bħala pajjiż m'hemm xejn li jwaqqafna milli nagħmlu iżjed suċċessi fid-dinja sportiva.

“Iċ-ċokon ġeografiku m'għandu qatt ikun ħajt għal aspirazzjonijiet tal-isport Malti. Anzi għandna nkunu iżjed proattivi biex ninċentivaw iżjed azjendi sportivi li jmorru barra minn xtutna jirreklamaw il-pajjiżna u fuq kollox jiksbu s-suċċess mixtieq," temm jgħid il-Ministru Clayton Bartolo.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU VisitMalta b’inċentiv ta’ €10,000 għal kull stadju li javvanza tim Malti tal-futbol fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-kompetizzjonijiet Ewropej
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU VisitMalta b’inċentiv ta’ €10,000 għal kull stadju li javvanza tim Malti tal-futbol fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-kompetizzjonijiet Ewropej
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU VisitMalta b’inċentiv ta’ €10,000 għal kull stadju li javvanza tim Malti tal-futbol fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni tal-kompetizzjonijiet Ewropej
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow