Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI

PR230870
Date Icon 08/06/2023

Il-Ministeru jagħmel referenza għar-rappurtaġġ li qed isir fil-mezzi tax-xandir dwar inċident li kien hemm nhar it-Tlieta fl-Iskola Medja tan-Naxxar.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima jistqarr li kull att ta' vjolenza qatt mhu tollerat u jirringrazzja lill-edukaturi tal-mod immedjat u effettiv kif ikkontrollaw is-sitwazzjoni f'dan l-inċident.

Fl-Iskejjel kollha tal-pajjiż, bħalma qed isir fl-Iskola Medja tan-Naxxar, qed isir ġid kbir mill-edukaturi, li b'dedikazzjoni u impenn qed jagħtu l-aħjar edukazzjoni lill-istudenti kollha.

Marbut ma' dan il-każ, il-fatti kif ġraw huma kif ġej u kull verżjoni oħra hija totalment skorretta u mkabbra mingħajr ma kienu verifikati l-fatti, li mhux biss joħolqu allarm bla bżonn, imma wkoll jimminaw il-ħidma u l-impenn tal-edukaturi fl-iskejjel kollha.

  • Kien hemm argument li żviluppa fi ġlieda bejn żewġt itfal ta' 12-il sena waqt il-break;
  • Il-ġlieda twaqqfet b'mod immedjat minn edukaturi li kienu fuq superviżjoni u t-tfal intbagħtu dirett fl-uffiċċju tat-tmexxija tal-iskola;
  • Waħda mit-tfal daħlet fil-kitchenette u qabdet butter knife f'idha, imma b'mod immedjat kienet imrażżna mill-edukatur li kien fuq superviżjoni;
  • It-tmexxija tal-iskola ħadet azzjoni mal-ewwel u dakinhar stess it-tmexxija tal-iskola bagħtet għall-ġenituri u, minbarra passi dixxiplinarji, l-istudenti qed jingħataw l-għajnuna neċessarja fiċ-ċirkostanza mit-tim psiko-soċjali tal-Kulleġġ.

Il-Ministeru, kif dejjem għamel, anki f'dan il-każ, qed jieħu l-miżuri kollha biex jagħti l-appoġġ kollu lill-edukaturi. Il-Ministru Grima talab ukoll lit-tmexxija tal-iskola biex tinvestiga l-każ, filwaqt li jappoġġja l-passi kollha li ttieħdu mill-iskola.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow