Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Naxxar Lions b’art li minnha se jgawdu t-tfal u ż-żgħażagħ involuti fl-isport

pr230867
Date Icon 07/06/2023

Permezz ta' ftehim iffirmat bejn SportMalta u l-Klabb tal-Football Naxxar Lions, art f'żona magħrufa bħala x-Xwieki għaddiet għand il-klabb b'ċens għal 45 sena u b'hekk issa l-klabb qiegħed f'pożizzjoni ħafna aħjar biex jamministra din l-art filwaqt li issa jista' wkoll jippjana fit-tul u jaħseb għal faċilitajiet sportivi tiegħu. 

Il-ftehim għalhekk jagħti inċentiv lill-klabb biex jinvesti. Minn dan il-ftehim se jgawdi wkoll il-Youth Nursery tal-klabb u bi ftehim fil-ħinijiet tal-iskola, il-proprjetà tinfetaħ għall-użu tat-tfal tal-iskola.

L-iffirmar tal-ftehim kien ippresedut mill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima.

“L-impenn li għandna fis-settur tal-isport din il-ġimgħa wera r-riżultati. Naħseb li nkun qed nirrifletti s-sentiment ta' kulħadd meta ngħid li kellna ġimgħa li dan is-settur għamel unur lil pajjiżna. Ħidma kollettiva u investiment li taw ir-riżultat mhux biss mixtieq, imma l-atleti tagħna rnexxielhom juru l-kapaċitajiet tagħhom. Kapaċitajiet li setgħu juru fuq kollox bl-impenn u d-dedikazzjoni tagħhom, imma wkoll għaliex qegħdin ninvestu f'dan is-settur. Aħna se nkomplu ninvestu u nagħtu l-għajnuna li hemm bżonn, kif fil-fatt qed nagħmlu llum," qal il-Ministru Grima.

Huwa qal li l-Gvern huwa kommess li jipprovdi aktar spazju fil-pajjiż għall-faċilitajiet sportivi u qal li dan huwa ftehim ieħor li juri l-impenn tal-Gvern biex jgħin lill-assoċjazzjonijiet u għaqdiet sportivi f'kull livell. Din l-għajnuna hija parti mill-pjan u l-viżjoni tal-Gvern li jsaħħaħ is-settur sportiv biex ikompli jgħolli l-livell tal-isport f'pajjiżna, anki fil-livell ta' klabbs u assoċjazzjonijiet.

Il-Ministru Clifton Grima qal li f'pajjiżna nistgħu niftaħru li għandna klabbs u assoċjazzjonijiet sportivi li huma b'saħħithom u li qed iħallu ġid fis-soċjetà Maltija, u għalhekk ġid fit-tfal tagħna. Permezz ta' aktar investiment fl-isport qed insawru lit-tfal b'valuri importanti.

Permezz tas-sussidju ta' 95%, li huwa parti minn skema ta' SportMalta, il-klabb se jħallas ċens ta' €563 fis-sena, minflok il-valur attwali ta' €11,260. L-ammont imħallas mill-klabb jitpoġġa fi 'Sports Fund' li jiġi utilizzat għal aktar investiment mill-ġdid fl-isport lokali.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Naxxar Lions b’art li minnha se jgawdu t-tfal u ż-żgħażagħ involuti fl-isport
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Naxxar Lions b’art li minnha se jgawdu t-tfal u ż-żgħażagħ involuti fl-isport
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow